Pjan fit-tul ghat-Turizmu f'Malta
PR1926
18/11/1996
| Il-Ministru tat-Turizmu, il-Perit Karmenu Vella, kellu laqgha mal-Malta | Hotels and Restaurants Association. |
| Il-Ministru Vella filwaqt li sahaq li din il-laqgha kellha titqies | bhala kontinwazzjoni ta' sensiela ta' laqghat li bdew qabel l-Elezzjonijiet Generali, spjega l-politika tal-Gvern ghall-qasam turistiku. B'mod partikulari huwa tkellem dwar l-importanza tad-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf Ministeru ghat-Turizmu, dwar it-tnehhija tal-Vat kif ukoll dwar ir-rwol tas-settur privat fil-qasam turistiku, l-aktar f'dak li ghandu x'jaqsam ma tfassil ta' pjan turistiku fit-tul inkluz it-tishih tal-fergha tal-Product Development kif ukoll dik tar-Rizorsi Umani. |
| Huwa spjega li l-affarijiet tajbin li saru f'dan is-settur ghandhom | jissahhu u jkomplu jitjiebu biex b'hekk nghollu l-kwalita tal-prodott li jkun jitqies wiehed li qed jirrendi valur ghall-prezz, u fl-istess waqt jsiru sforzi akbar ta' marketing indirizzati lejn it-turist ta' klassi medja. |
| Il-Ministru Vella tenna l-bzonn li d-diversi assocjazzjonijiet | konnessi mat-turizmu f'pajjizna jippruvaw joholqu dixxiplina fost il-membri taghhom sabiex huma stess ikunu strumentali biex uhud li jabbuzaw ma jkomplux jaghmlu hsara lill-qasam hekk vitali ghall-ekonomija taghna bhal ma huwa dak turistiku. |
| Filwaqt li wieghed li l-Gvern se jaghmel il-parti tieghu biex | isahhah l-infrastruttura, huwa heggeg lis-settur privat sabiex ikompli jistinka sabiex itejjeb il-prodott u jgholli l-livell. Huwa qal ukoll li forsi wasal iz-zmien li s-settur privat jibda jindirizza l-investiment tieghu mhux biss f'bini ta' lukandi, izda fi progetti ohra li jsahhu s-settur turistiku. |
| Iz-zewg nahat ftehemu li jkomplu jiltaqghu fuq bazi regolari u li | jikkoperaw bis-shih fit-tfassil ta' pjan fit-tul ghas-settur turistiku. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901