Left arrow Mur Lura

Jiltaqa' l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku

PR1917
Date Icon 15/11/1996
Il-Kunsill ghall-Izvilupp Ekonomiku ltaqa' llum, il-Gimgha, warahafna xhur, meta sejhu l-Ministru Ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzi, li wkoll ha sehem fih.
Il-Ministru fisser li l-Gvern ser iniedi t-tfassil ta' l-Pjan ghalEkonomija Ahjar. Dan mhux ser ikun xi domma izda ser ikun wiehed mibni fuq is-sens komun.
Fid-diskors tieghu l-Ministru Spiteri ghamilha cara li l-Kunsillghall-Izvilupp Ekonomiku Malti ghandu jibqa' b'mod li dak li hemm tajjeb fih wiehed ghandu jzommu u possibilment wiehed itejbu.
Hu qal li l-Kunsill huwa forum ta' ideat b'rapprezentanzawiesa'. Filwaqt li fil-Kunsill jista' jkun hemm divergenza ta' ideat, wiehed irid jiftakar li l-Gvern jinbidel, izda Malta hija pajjiz wiehed. L-isforzi li jsiru ghandhom jkunu mmirati lejn l-interess nazzjonali, lejn kif il-pajjiz jista' jimxi 'l quddiem, u kif il-pajjiz jista' jkollu ekonomija ahjar.
Il-Ministru Spiteri rrefera ghall-hsieb tal-Gvern Gdid li jitfassalPjan ghal Ekonomija Ahjar. Hu spjega li dan mhux ser ikun xi pjan li jghid lin-nies x'ghandhom jaghmlu, imma ser ikun pjan li juri x'bihsiebu jaghmel il-Gvern b'mod li s-Settur Privat ikun jista' jippjana ahjar. Dan is-settur ghandu jkun hu l-mutur ta' l-ekonomija.
Filwaqt li ghandha titqies id-dipendenza ta' l-ekonomija tal-pajjizfuq l-infieq tal-Gvern, wiehed ghandu jara l-effett ta' dan l-infieq. Is-Settur Privat ghandu jkun f'posizzjoni li jaghraf l-opportunitajiet li jinholqu u li jkun jista' jehodhom. Mira ohra ghandha tkun l-infieq kapitali tas-Settur Pubbliku, specjalment dwar kemm dan is-settur ghandu jiehu mir-rizorsi tal-pajjiz sabiex b'hekk jassigura li jkun qed ihalli bizzejjed spazju ghas-Settur Privat.
Il-Ministru Spiteri sahaq li l-Pjan ghal Ekonomija Ahjar ghandujkun wiehed dinamiku u miftuh ghall-kritika kontinwa tas-setturi kollha. F'dan ir-rigward il-Kunsill ghall-Izvilupp Ekonomiku Malti ghandu rwol importanti hafna x'jaqdi. Il-Kunsill ghandu wkoll minn issa joffri l-ideat tieghi fit-tfassil ta' dan il-pjan.
Il-Ministru Spiteri rrefera ghal kwistjonijiet ta' importanzanazzjonali li qed jigu diskussi bhalissa, b'mod partikolari dwar it-nehhija tat-taxxa tal-V.A.T biex f'lokha tidhol sistema ta' taxxi li tkun iktar addattata ghall-htigijiet socjali u ekonomici tal-pajjiz. Hu ghamilha cara li s-sistema l-gdida mhux ser iggib maghha zieda fit-taxxi fuq id-dhul.
Il-Ministru Spiteri sahaq dwar l-importanza li tinholoq kulturagdida ta' moralita' fiskali. Innota li f'dawn l-ahhar gimghatejn aktar u aktar organizazzjonijiet hargu jappellaw biex fil-pajjiz ikun hemm inqas evazjoni tat-taxxa u aktar sens ta' moralita' fiskali.
Il-Ministru Spiteri qal li l-miri tal-Gvern Laburista humarealistici u li jemmen li Malta ghandha kapacitajiet bizzejjed biex dawn l-miri jintlahqu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow