Left arrow Mur Lura

Skema gdida biex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' ghalliema fl-iskejjel ta' l-istat

PR1911
Date Icon 15/11/1996
Waqt laqgha bejn il-Fakulta' u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjonintlahaq qbil li studenti li qed isegwu kors ta' PGCE jinghataw 'load' ta' taghlim tul il-kors kollu u mhux biss waqt it-teaching practice. Dan ser isir b'mod li ma jkunx hemm telfien ta' lectures ghal dawn l-istudenti u fl-istess hin tittaffa ftit il-problema ta' nuqqas ta' ghalliema fl-iskejjel ta' l-istat.
Il-Ministru Evarist Bartolo jixtieq jirringrazzja lis-SegretarjuPermanenti tal-Ministeru, is-Sur J. Curmi, lid-Direttur Generali, s-Sur F. Fearne, lir-Rettur ta' l-Universita', il-Professur R. Ellul Micallef, lid-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, l-Professur K. Wain, kif ukoll lill-kollegi tieghu kollha ta' l-ghajnuna taghhom.
Figuri migbura mid-Dipartiment juru li qabel ittiehdet din id-decizjonikien hemm nuqqasijiet f'bosta suggetti fosthom 220 lezzjoni tal-Fizika, 190 lezzjoni tal-Matematika, 108 lezzjoni tax-Xjenza, 82 lezzjoni tal-Malti u 52 lezzjoni tat-Taljan, fost l-ohrajn. Bl-introduzzjoni ta' l-iskema l-gdida bosta minn dawn il-lezzjonijiet issa qed jinghataw u baqa' biss ftit lezzjonijet, fosthom tal-Graphical Communications, Studju tal-Kompjuter u Fizika li ghad ma nstabux ghalliema ghalihom.
Il-Ministru Bartolo wera t-thassib tieghu li ghad baqa' dawn in-nuqqasijietkif ukoll ohrajn fil-livelli Post Sekondarji, Junior Lyceum u Skejjel tas-Snajja' u ser ikompli bl-isforzi tieghu biex l-istudenti kollha jkollhom ghalliema bizzejjed.
Ghal dan il-ghan il-Ministru Bartolo ser isejjah laqgha mal-MaltaUnion of Teachers, il-Fakulta ta' l-Edukazzjoni u ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex flimkien jiflu s-sitwazzjoni u jsibu soluzzjonijet kemm 'short term' kif ukoll 'long term' ghal problema tan-nuqqas ta' ghalliema.
Wahda mill-issues li ser tigi diskussa hija kif gradwatigodda jigu mhajjra jghallmu fi Skejjel Primarji.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow