Il-Ministru Karmenu Vella f'Laqgha dwar is-settur Turistiku
PR1909
15/11/1996
| Il-Ministru tat-Turizmu il-Perit Karmenu Vella, iltaqa' | separatament ma' rapprezentanza tal-Kamra tal-Kummerc kif ukoll ma' delegazzjoni tal-Malta Chapter tal-H.C.I.M.A. |
| Il-Ministru Vella sahaq illi dawn it-tahdidiet ghandhom jitqiesu | bhala kontinwazzjoni tat-tahdidiet li saru qabel l-Elezzjoni Generali dwar it-tfassil tal-politika fil-qasam turistiku. Il-Ministru Vella tkellem dwar l-importanza tas-settur turistiku fl-ekonomija ta' Malta kif ukoll dwar r-rwol tas-settur privat f'dan is-settur. |
| Il-Ministru sahaq dwar l-importanza li s-settur privat ikun | imsieheb mhux biss fit-tfassil ta' pjan turistiku imma wkoll fl-implementazzjoni ta' l-istess pjan. |
| Iz-zewg nahat qablu li ghad hemm hafna lok ta' titjib fis-settur, | fosthom titjib tal-prodott turistiku Malti. Il-Gvern f'dan ir-rigward ghandu jerfa' parti - l-aktar ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' l-infrastruttura - filwaqt li s-settur privat ghandu jkompli bl-isforzi tieghu biex itejjeb il-livell tal-facilitajiet kif ukoll tas-servizzi li jigu offruti lit-turist. |
| Biex ikompli jitjieb il-livell tal-prodott il-Ministru Vella spjega | li ghandha titwaqqaf Product Development Unit li parti minn xogholha tkun il-harsien tal-prodott Malti. |
| Barra li jitjieb il-prodott hemm bzonn ukoll li dan isir aktar | kompettitiv mhux biss fir-rigward tal-prezz, izda aktar importanti fil-kwalita'. Fil-kuntest tal-kompettitivita' l-Ministru Vella semma li l-mizuri tat-tnehhija tal-VAT u t-tkomplija ta' l-iskema tal-Forward Buying Rate ghandhom ikunu ta' aktar ghajnuna lis-settur biex ikun aktar kompetittiv. |
| Sar accenn ghall-bzonn ta' tahlita turistika ahjar, li tkun | tikkonsisti l-aktar f'turisti ta' dhul medju, biex kemm jista' jkun titjieb il-kwalita' tat-turist. |
| Dan kollu jrid isir bil-ghaqal biex kemm jista' jkun ma jkun hemm | ebda effett negattiv fuq il-wirt socjali, kulturali jew ambjentali ta' pajjizna. |
| Il-Ministru Vella fisser ukoll ix-xoghol li jrid iwettaq | il-Ministeru tieghu flimkien mas-settur privat ghall-gid tas-settur u fuq kollox tal-pajjiz. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901