Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd jattendi l-Konferenza Dinjija dwar l-Ikel
PR1899
14/11/1996
| Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, Noel Farrugia, il-bierah | attenda ghall-ftuh ufficjali tal-Konferenza Dinjija dwar l-Ikel li qeghda ssir f'Ruma u li ghaliha qed jattendu numru kbir ta' Kapijiet ta' Stat u Gvernijiet, Ministri ta' l-Agrikoltura u diversi Ministri ohra. |
| Wara li saru diskorsi mill-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni; l-President | ta' l-Italja, Oscar Luigi Scalfaro; s-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda, Boutros Boutros-Ghali; u l-Prim Ministru Taljan Romano Prodi, Malta nghaqdet ma' pajjizi ohra fl-addozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar is-Sigurta Dinjija ta' l-Ikel u l-Pjan ta' Azzjoni. |
| Il-Ministru Farrugia ltaqa' ma' numru ta' Ministri ta' l-Agrikoltura | fosthom dawk ta' New Zealand, tan-Namibja u tan-Norvegja. Matul dawn il-laqghat, il-Ministru Farrugia ha l-okkazjoni sabiex jispjega l-politika gdida tal-Gvern fil-qasam agrikolu u l-possibilta' ta' ko-operazzjoni bejn Malta u dawn il-pajjizi. Fil-jiem li gejjin il-Ministru Farrugia hu mistenni jiltaqa' ma Ministri ohra fosthom dawk tal-Germanja, ta'l-Arabja Sawdita, ta' l-Olanda u tal-Libja. |
| Il-Ministru Farrugia kellu tahditiet ukoll mas-Segretarju ta' l-Agrikoltura | ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, Dan Glickman, fejn giet diskussa l-possibilta' ta' zjara f'Malta fil-gejjieni. Il-Ministru ha l-oppportunita li jaghmel konoxxenza tad-Direttur Generali tal-FAO, l-E.T. Jacques Diouf. |
| Il-Ministru ltaqa' wkoll ma' l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Italja, | s-Sur Charles Aquilina, mar-rapprezentant Permanenti ta' Malta ghall-FAO, Dr. Francis Montanaro Mifsud, u ma' l-Istaff kollu ta' l-Ambaxxata Maltija f'Ruma. Hawnhekk, il-Ministru Farrugia ddiskuta il-progetti dwar l-agrikoltura li jaqghu taht it-Tielet Protokol ma' l-Italja u r-rwol ta' Malta fl-FAO. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901