Left arrow Go Back

Bdil ta' taghmir fl-Impjant tar-Reverse Osmosis ta' Lapsi

PR1896
Date Icon 14/11/1996
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma ser twettaq xoghlijiet ta'bdil ta' taghmir fl-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Lapsi. Dan ix-xoghol jitlob il-waqfien ta' l-impjant ghal madwar hmistax-il gurnata u matul dan iz-zmien se tittiehed l-oppportunita biex isir xoghol iehor ta' manutenzjoni.
Dan il-programm ta' xoghlijiet ser jitwettaq bejn it-19 ta'Novembru u t-3 ta' Dicembru. Minhabba li l-produzzjoni ta' l-ilma minn dan l-impjant ser tkun wieqfa, il-provvista ta' l-ilma f'certi lokalitajiet ser tkun affetwata.
Ix-xoghlijiet ser jikkonsistu fl-installazjoni ta' taghmir, li huwateknologikament avvanzat, fis-sistema tal-kontroll ta' l-impjant. Dan it-taghmir ser jinbidel ma apparat li kien gie originarjament installat fl-1982. Ser isir ukoll xoghol strutturali u kisi minn gewwa fil-gibjun ta' l-ilma bahar li jesa madwar 220,000 gallun. Matul dan il-perjodu qasir gie wkoll ipprogrammat manutenzjoni generali specjalment fil-makkinarju u fl-apparat ta' l-energija elettrika ta' l-impjant.
Il-Korporazzjoni hadhet hsieb li timmanigja d-distribuzzjoni ta' l-ilmafuq skeda ta' programmazzjoni. Matul dawn il-gimghatejn il-provvista tista tkun sospiza jew bi pressa baxxa fi granet u hinijiet specifici.
Il-lokalitajiet effetwati huma:-Luqa, Santa Lucija, Paola, Fgura,Tarxien, Kirkop, Gudja, Zejtun, Xghajra, Rikasli, Marsaxlokk, Delimara, Bulebel, Zabbar, Kalkara, Marsaskala, Albert Town, il-Biccerija, Isla, Bormla, Birgu, Zebbug, Zurrieq, Safi, Hal Far.
Il-Korporazzjoni hejjiet skeda sabiex tnaqqas l-inkonvenjenzatas-sospensjonijiet ta' ilma. Matul dawn il-gimghatejn id-distibuzzjoni ta' l-ilma ser tkun dipendenti fuq il-hazna ta' l-ilma taht l-art mill-pumping station f'Ta' Kandja u mit-trasferiment tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke. Dan il-programm ta' sospensjonijiet kellu jitwettaq minhabba li r-riservi ta' l-ilma, li huma mahzuna fil-gibjun tal-Qrendi, m'humiex bizzejjed biex ilahhqu mad-domanda.
Hemm il-possibilta li l-kwalita ta' l-ilma tista tkun affetwataminhabba li l-provvista ser tkun generata mill-hazna ta' l-ilma mill-pumping station.
F'dan il-programm ittiehdet wkoll in konsiderazzjoni biex l-oqsmaindustrijali ta' Bulebel u Rikasli ma' jkunux milquta bejn it-Tnejn u l-Gimgha. Ghaldaqstant l-ewwel sospensjoni fil-provvista, f'dawn iz-zoni, hija ppjanata s-Sibt 23 ta' Novembru filwaqt li t-tieni sospensjoni hija programmata ghall-Gimgha 29 ta' Novembru fl-4.00 p.m.
Il-Korporazzjoni hadet hsieb li tniedi kampanja ta' informazzjonifuq il-mezzi tax-xandir partikolarment fil-gurnali u fuq ir-radju. L-iskeda tas-sospensjonijet tista' tvarja minhabba ragunijiet teknici.
Huwa importanti li qabel u matul dan il-perjodu l-konsumaturi majahznux kwantitajiet ta' ilma zejda ghaliex din tista taffetwa l-programm ta' sospensjonijiet, kif ukoll jaghmlu uzu ghaqli mill-ilma u jevitaw il-hela.
Il-Korporazzjoni qed toffri servizz tal-"freephone"fuq in-numru 0800 77 2322 sabiex ikunu jistghu jinghataw taghrif gurnata b'gurnata tal-programm ta' l-immaniggjar tal-provvista ta' l-ilma. Dan is-servizz huwa miftuh mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn it-8.00 a.m. u 12.15 p.m. u s-1.00 p.m. u l-4.30 p.m. u s-Sibt u l-Hadd bejn it-8.30 a.m. u nofsinhar.
Din hija l-iskeda tal-programm tas-sospensjonijiet fil-provvista ta'l-ilma:-
21 u 27 ta' Novembru

Luqa - Santa Lucia - Paola - Fgura - Tarxien

23 u 29 ta' Novembru

Kirkop - Gudja - Zejtun - Marsaxlokk - Delimara - Zabbar - Xghajra - Rikasli - Kalkara - Marsaskala - Albert Town - Biccerija - Isla - Parti minn Bormla

25 ta' Novembru u 1 ta' Dicembru

Zebbug - Zurrieq - Safi - Hal Far

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow