Il-Ministri Charles Buhagiar u Evarist Bartolo jiltaqghu mar-rettur ta' l-Universita'
PR1893
14/11/1996
| Konsulenti li se jigu Malta biex jahdmu dwar is-sistema tat-toroq | ta' pajjizna se jkunu wkoll qed jaghtu lectures fl-Universita' ta' Malta fil-qasam ta' l-arkitettura u l-inginerija, specjalment fejn ghandu x' jaqsam ma' road maintenance. |
| Dan qalu il-Ministru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, | il-Perit Charles Buhagiar, waqt laqgha li hu u l-Ministru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, is-Sur Evarist Bartolo, kellhom mar-Rettur ta'l-Universita', Dr. Roger Ellul Micallef. |
| Il-Perit Buhagiar qal li fid-Dipartimenti li jaqghu taht | il-Ministeru tieghu hemm bzonn ta' staff professjonali. Il-Ministru qal li l-Universita' ghandha tipproduci mhux biss nies kwalifikati bhala Inginiera Civili, izda ukoll nies ikkwalifikati f' setturi ohra bhal Road Maintenance, Project Management u Quantity Surveying. B'dan il-mod tinholoq workforce tajba ghad-Dipartiment tax-Xogholijiet. |
| Il-Ministru Buhagiar qal li jezisti pjan fi hdan il-Ministeru | tieghu biex jigi ffurmat Educational Unit bil-hsieb li l-haddiema fid-Dipartiment tax-Xogholijiet jinghataw it-tahrig mehtieg. B' hekk il-haddiema jinghataw l-ahhar informazzjoni dwar avvanzi teknologici f' dan il-qasam flimkien ma' taghrif iehor. |
| Il-Ministru Buhagiar qal ukoll li fil-pjanijiet li hemm | ghall-Kunsill Konsultattiv dwar Bini u Kostruzzjoni, hemm bzonn ta' koperazzjoni mill-Universita' f' dak li huma sistemi godda ta' bini. |
| Min-naha tieghu, il-Ministru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, | Evarist Bartolo qal li progett bhal dan ikun ta' siwi kbir sew ghal dak li huwa taghlim fl-Universita' kif ukoll ghax-xoghlijiet pubblici fil-pajjiz. Huwa qal li hemm bzonn ta' nies imharrga ghal progetti ta' restawr tac-centri kulturali madwar Malta li ghandhom bzonn tiswija kbira. Fost dawn il-postijiet hemm l-Auberge de Baviere u l-Mithna tax-Xaghra. |
| Ir-Rettur ta' l-Universita', Dr. Roger Ellul Micallef qal li hu | jaqbel hafna ma' dawn il-proposti li gew ipprezentati lilu. Huwa qal li biex l-Universita' tibqa relevanti ghall-hajja ta' kuljum, hemm bzonn li proposti bhal dawn jibdew jitwettqu immedjatament. |
| Prezenti ghal-laqgha kien hemm ukoll id-Dekan tal-Fakulta ta' l-Arkitettura | u Inginerija Civili, Prof.Dennis De Luca, li qal li l-proposti tal-Ministru Buhagiar ighinu hafna l-pjanijiet biex ikun hemm specjalizazzjoni f' diversi oqsma ta' l-Inginerija Civili, bhal ma huma l-Arkitettura, l-Ippjanar, il-Bini u l-Kostruzzjoni. |
| Il-Ministru Charles Buhagiar sahaq li dawn il-pjanijiet ghandhom | jibdew jithaddmu immedjatament u ghalhekk se jigi ffurmat Kumitat Kongunt bejn il-Ministeru tieghu u l-Universita'. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891