Left arrow Mur Lura

Pjan ghar-riabilitazzjoni tal-Widien

PR1873
Date Icon 12/11/1996
Se jithejja Pjan ghar-Rijabilitazzjoni tal-Widien fil-GzejjerMaltin. Dan se jsir b' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tax-Xogholijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Ministeru tal-Ambjent, l-Awtorita' tal-Ippjanar u dawk kollha interessati, inkluzi l-Kunsilli Lokali.
Dan habbru il-Ministru tax-Xogholijiet Pubblici u Ambjent, il-PeritCharles Buhagiar, meta illum kellu laqgha mall-Kunsill Lokali ta' Haz Zebbug. Il-Perit Buhagiar spjega li dan il-Pjan se jkollu l-ghan li jara li l-widien jinzammu f' kundizzjoni tajba u jigu protetti, u li jigu rijabilitati widien li m' ghadhomx f' kundizzjoni tajba.
Il-Ministru tax-Xogholijiet Pubblici u Kostruzzjoni habbar ukoll lil-Gvern se jiehu taht ir-responsabilta' tieghu l-manutenzjoni ta' reserviors biex jingabar l-ilma tax-xita, is-sistema ta' water culverts u jikkordina progett ta' dan it-tip madwar il-Gzejjer Maltin. Dan kollu fil-qafas tal-Pjan ghall-ilma tax-xita.
Il-Perit Charles Buhagiar qal li se jkun hemm Environmental Wardensli se jiehdu hsieb li ma jkunx hemm abbuzi relatati ma' ambjent kif ukoll biex jaraw min ikun qed jabbuza. Dawn il-wardens se jkunu jistghu jaraw, per ezempju, min jabbuza mis-servizz tal-iskips, billi jitfa zibel madwar l-istess skips jew jaghtu n-nar lill-iskips. Min jaghmel hekk hafna drabi ma jkunx mil-lokal u jmur f' post fejn jaqbad u jarmi.
Semma li l-iskip site li hemm fit-triq bejn H'Attard u Haz Zebbugghandha tinghalaq. Min-naha tieghu, il-Kunsill Lokali ta' Haz Zebbug stqarr li minflok se tinfetah ohra f' Haz Zebbug. Il-Perit Buhagiar spjega ukoll kif il-Gvern ghandu pjanijiet biex jigi mwessa l-kuncett ta' riciklagg fil-pajjiz. F' dan is-sens, il-politika tal-Gvern dwar il-management tal-iskart se tkun maghrufa lill-Kunsilli kollha. Qal li hemm bzonn ukoll li t-triq bejn H'Attard u Haz Zebbug tigi mtejjba. Din it-triq flimkien ma' Triq Mdina tinsab fil-pjanijiet tal-Gvern.
Min-naha tieghu, is-Sindku ta' Haz Zebbug, Dr.Godfrey Farrugia,tkellem dwar diversi progetti li ghandu l-Kunsill. Fosthom huwa semma l-upgrading ta' ghadd ta' toroq u l-proposta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow