Pjan ghar-riabilitazzjoni tal-Widien
PR1873
12/11/1996
| Se jithejja Pjan ghar-Rijabilitazzjoni tal-Widien fil-Gzejjer | Maltin. Dan se jsir b' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tax-Xogholijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Ministeru tal-Ambjent, l-Awtorita' tal-Ippjanar u dawk kollha interessati, inkluzi l-Kunsilli Lokali. |
| Dan habbru il-Ministru tax-Xogholijiet Pubblici u Ambjent, il-Perit | Charles Buhagiar, meta illum kellu laqgha mall-Kunsill Lokali ta' Haz Zebbug. Il-Perit Buhagiar spjega li dan il-Pjan se jkollu l-ghan li jara li l-widien jinzammu f' kundizzjoni tajba u jigu protetti, u li jigu rijabilitati widien li m' ghadhomx f' kundizzjoni tajba. |
| Il-Ministru tax-Xogholijiet Pubblici u Kostruzzjoni habbar ukoll li | l-Gvern se jiehu taht ir-responsabilta' tieghu l-manutenzjoni ta' reserviors biex jingabar l-ilma tax-xita, is-sistema ta' water culverts u jikkordina progett ta' dan it-tip madwar il-Gzejjer Maltin. Dan kollu fil-qafas tal-Pjan ghall-ilma tax-xita. |
| Il-Perit Charles Buhagiar qal li se jkun hemm Environmental Wardens | li se jiehdu hsieb li ma jkunx hemm abbuzi relatati ma' ambjent kif ukoll biex jaraw min ikun qed jabbuza. Dawn il-wardens se jkunu jistghu jaraw, per ezempju, min jabbuza mis-servizz tal-iskips, billi jitfa zibel madwar l-istess skips jew jaghtu n-nar lill-iskips. Min jaghmel hekk hafna drabi ma jkunx mil-lokal u jmur f' post fejn jaqbad u jarmi. |
| Semma li l-iskip site li hemm fit-triq bejn H'Attard u Haz Zebbug | ghandha tinghalaq. Min-naha tieghu, il-Kunsill Lokali ta' Haz Zebbug stqarr li minflok se tinfetah ohra f' Haz Zebbug. Il-Perit Buhagiar spjega ukoll kif il-Gvern ghandu pjanijiet biex jigi mwessa l-kuncett ta' riciklagg fil-pajjiz. F' dan is-sens, il-politika tal-Gvern dwar il-management tal-iskart se tkun maghrufa lill-Kunsilli kollha. Qal li hemm bzonn ukoll li t-triq bejn H'Attard u Haz Zebbug tigi mtejjba. Din it-triq flimkien ma' Triq Mdina tinsab fil-pjanijiet tal-Gvern. |
| Min-naha tieghu, is-Sindku ta' Haz Zebbug, Dr.Godfrey Farrugia, | tkellem dwar diversi progetti li ghandu l-Kunsill. Fosthom huwa semma l-upgrading ta' ghadd ta' toroq u l-proposta |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891