Direttur minn fost l-impjegati ghal Mid Med Bank Limited
Wiehed mid-diretturi li ghandu jinnomina l-Gvern ghal fuq il-Bord tal-Mid-Med Bank fil-laqgha Generali Annwali, li ghandha ssir f'nofs Dicembru, se jkun maghzul mill-impjegati tal-bank, minn fosthom stess.
Dan gie deciz mill-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzi Lino Spiteri, wara talba li saritlu mill-MUBE u l-GWU flimkien, bhala unions li jirraprezentaw l-impjegati tal-Mid-Med Bank.
Id-decizjoni tirrifletti l-politika tal-Gvern prezenti li jibda joffri spazju xieraq lill-impjegati fil-bordijiet ta' istituzzjonijet li huma pubblici.
Il-Ministru Spiteri talab lid-dirigenti tal-bank biex jibdew il-proceduri mehtiega halli l-impjegati tal-Mid-Med Bank ikunu jistghu jinnominaw u jeleggu persuna li l-Gvern imbaghad jinkludi fost diretturi li jahtar u fuq il-Bord tal-Bank.
Waqt li l-Gvern prezenti huwa kommess li Mid-Med Bank ikompli jitmexxa fuq bazi kummercjali mill-Bord tad-Diretturi u l-Management, din il-mizura ta' demokrazija industrijali ghandha ssahhah il-bank f'dan il-ghan.
Il-Mid-Med Bank ghandu disa' diretturi. Sitta jigu nominati u eletti mill-Gvern, li ghandu zewg terzi mill-ishma, u tlieta jigu nominati u eletti minn dawk li ghandhom it-terz l-iehor ta' l-ishma.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891