Il-Ministru Michael Farrugia izur l-Isptar San Luqa
Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, illum il-Gimgha, 8 ta' Novembru, 1996, ghamel zjara ufficjali fl-Isptar San Luqa, fejn iltaqa' ma' l-Ufficjali li jmexxu dan l-Isptar. Huwa gie mdawwar ma' l-Isptar mill-Ufficjali ta' l-Isptar u ohrajn tas-Sahha.
Matul iz-zjara tieghu fl-Isptar, il-Ministru Michael Farrugia tkellem mal-haddiema ta' l-Isptar u anki mal-pazjenti li minn naha taghhom ukoll identifikawlu certi problemi li jezistu gewwa l-Isptar.
F'kelmtejn li ghamel lill-gurnalisti, il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja wera l-fiducja tieghu fit-tobba, nurses u l-haddiema kollha ta' l-Isptar, fejn sahaq li kulhadd ghandu jigbed habel wiehed u jkun accountable. Dwar kundizzjonijiet tax-xoghol u overtime, il-Ministru nsista li kollox jibqa' miexi minghajr tibdil.
Fuq in-nuqqas tal-medicini l-Ministru Michael Farrugia qal li l-affarijiet qeghdin jigu studjati, u huwa ppjanat li fl-iqsar zmien possibbli kollox jigi ghan-normal.
Fuq l-Outpatients, il-Ministru qal li 'l quddiem trid tigi ntrodotta sistema efficjenti ta' appuntamenti fejn il-pazjent ikun jista' jinqeda fl-inqas hin possibbli.
Fuq ir-refurbishing ta' l-Isptar San Luqa, il-Ministru ta konferma li dan sejjer jkompli, pero' biex ikollna Sptar "unbeatable" ghad baqa' hafna xoghol xi jsir. Fuq xoghol ta' struttura gewwa l-Isptar San Luqa, il-Ministru t-Tabib Michael Farrugia tkellem li jridu jintefqu flus zejda fi progetti minhabba decizjonijiet hziena li ttiehdu fl-ahhar zmien dwar artijiet fil-vicinanzi ta' l-Isptar San Luqa.
Fuq diversi mistoqsijiet dwar l-Isptar San Raffaele, il-Ministru qal li qeghdin jigu studjati l-kuntratti kollha qabel jigi stabbilit il-futur ta' dan l-isptar. Sadanittant il-Ministru t-Tabib Michael Farrugia cahad li kienu twaqqfu xi tenders kif rappurtat ricentement.
Il-Ministru qal li biex ikollna servizz mija fil-mija rridu informazzjoni lura mhux mit-tobba, nurses u haddiema ta' l-isptar biss imma anki mic-cittadini li 'l quddiem ukoll ha jkunu jiffurmaw parti mill-Bord tat-Tmexxija ta' l-Isptar. Semma wkoll li l-isptarijiet se jkunu awtonomi pero' jkun hemm kummissjoni li tissorvelja t-tmexxija taghhom biex tkun konformi mal-politika tal-Gvern fir-rigward tas-Sahha.
Fl-ahhar il-Ministru t-Tabib Michael Farrugia sahaq dwar il-bzonn li f'Malta jiddahhal charter tad-drittijiet tac-cittadini fir-rigward is-servizzi tas-sahha pubblika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891