Id-99 Sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, Dr. George Vella, qed imexxi delegazzjoni li se tattendi d-99 sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li se ssir ghada l-Hamis 7 ta' Novembru, 1996 fi Strasbourg.
Is-Sessjoni se tkun indirizzata, fost ohrajn, mill-ex Prim Minsitru Svediz Carl Bildt, rapprezentant gholi tal-Unjoni Ewropea ghall-Bosnia u Herzegovina.
Il-Ministru Vella huwa mistenni jiltaqa' mas-Segretarju Generali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, Daniel Tarschys kif ukoll ma' Ministri ohra li se jkunu Strasbourg ghal din is-Sessjoni.
Huwa se jindirizza s-Sessjoni fuq it-tema tas-Sigurta' Demokratika fl-Ewropa fiz-zmien ta' wara t-tkabbir kif ukoll dwar it-tieni laqgha gholja tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891