Jum it-Tifkira - Il-Hadd, 10 ta' Novembru 1996
Jum it-Tifkira, li huwa ccelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'gieh il-vittmi kollha taz-zewg Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta nhar il-Hadd, 10 ta' Novembru, 1996.
F'din l-okkazjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jikkoncelebra Quddiesa Koncelebrata imexxija mill-Eccellenza Tieghu Monsinjur Guzeppi Mercieca, Arcisqof Metropolita, fil-Kon-Katiddral ta' San Gwann, Valletta fid- 9.15 ta' filghodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi pjazza San Gwann. Tiehu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Fl- 10.45a.m. ssir Cerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal-Gwerra, il-Floriana. Matul din ic-Cerimonja jitqieghdu kuruni mill-President ta' Malta, il-Prim Ministru, il-Prim Imhallef, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, u l-membri residenti tal-Korp Diplomatiku li ser jattendu wkoll ghall-Quddiesa.
Korpi Kostitwiti u Ghaqdiet ohra li jixtiequ jqieghdu kuruni ghandhom javzaw lis-Segretarju tal-Kumitat Festi Nazzjonali, 230 Casa Gaspe, Triq ir-Repubblika, Valletta sa nhar il-Hamis 7 ta' Novembru, 1996.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur ghal matul ic-cerimonja tat-Tqeghid ta' Kuruni. Jiehdu sehem ukoll kontingent mir-Royal British Legion.
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bhala ghajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti taghhom isir matul il-granet 9 u 10 ta' Novembru, 1996
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901