Messagg lin-Nazzjon mill-Onor. Prim Ministru Dr. Alfred Sant, fuq il-mezzi tax-xandir
PR1762
28/10/1996
| Illum li hadt il-gurament ta' hatra bhala Prim Ministru ta' Malta | ma nistax ma nkellimkomx b'sentiment ta' l-ikbar umilta' - umilta' quddiem il-process tad-demokrazija kif thaddem f'pajjizna - umilta' wkoll quddiem il-fehma tal-poplu Malti u Ghawdxi li esprima ruhu bl-ikbar helsien. Nixtieq mill-gdid nafferma ruhi llum bhala wiehed minn grupp ta' nies li jixtiequ jmexxu dan il-pajjiz bhala Gvern tal-Maltin u l-Ghawdex kollha. |
| Mhux veru li elezzjoni thalli telliefa u rebbieha, jekk inzommu | quddiem ghajnejna l-ideal ta' gens maghqud, ta' poplu li jghix flimkien bhala socjeta' wahda, bhala familja wahda. Ikun hemm certi differenzi bejnietna - f'kull demokrazija bilfors li jkun hemm differenzi. Hafna drabi d-differenzi jaghtu cans ta' ghazla lic-cittadini. Imma meta l-ghazla tkun saret, l-ghaqda tibqa' hemm - ghaqda li fiha nhossu ruhna lkoll parti minn pajjiz ckejken, veru, imma pajjiz li ghandhu valuri kbar, tradizzjonijiet shah: familja wahda illi bniet tajjeb hafna fl-imghoddi u, bena min bena t-tajjeb, ahna bi hsiebna nkomplu nkattru fuiq dan it-tajjeb li sar. Bi hsiebna wkoll, nergghu nghiduha, inwarrbu dak kollu li forsi ma sarx tajjeb bizzejjed fil-passat - ghamlu min ghamlu. Irridu nharsu 'l quddiem u ahna rridu nkunu l-Gvern tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha f'sens shih ta' demokrazija fejn l-Oppozizzjoni jkollha kull cans li tesprimi ruhha, tfisser il-veduti taghha u tafferma l-valuri li temmen fihom daqs kemm nemmnu fihom ahna. Il-valuri ta' kulhadd f'dan il-pajjiz huma valuri simili u dan tajjeb li naffermawh, iva, li dan se jibqa' l-pajjiz tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha kemm huma. Kulhadd ghandhu postu. Kulhadd irid jghix flimkien u b'mod li kull elezzjoni tinhass bhala xi haga naturali, xi haga normali li tghaddi u mbaghad nergghu nimxu 'l quddiem flimkien skond l-ghazla li tkun saret. |
| Jiena f'dawn l-ahhar granet kelli cans li nikkomunika | mal-Kummissarju tal-Pulizija u ghidtlu kemm il darba li hu ghandhu s-sahha kollha mehtiega u ahna qeghdin naghtuh l-appogg kollhu mehtieg biex jassigura li l-ordni u s-sigurta' f'pajjizna jibqghu jinzammu kif qed jinzammu. |
| Kellna elezzjoni mill-iktar kalma u jiena nawgura li din | il-kalmezza li kellna bejniethna f'dawn l-ahhar granet tkompli ghaddejja fix-xhur u fis-snin li gejjin. Nemmen li s-sinjal li tajna lid-dinja bil-mod kalm li bih mexxejna l-elezzjoni juri li tassew f'pajjizna hawn demokrazija moderna, demokrazija Ewropea illi qed thares "l quddiem b'mod illi tassew ic-cittadini kollha jhossu li dan huwa pajjizhom. |
| Bl-istess mod, per ezempju, dalghodu hrigna direttiva biex ma jkun | hemm l-ebda transfers, l-ebda caqlieq fid-Dipartimenti kollha tal-Gvern, huma liema huma. Ghax ahna nemmnu mill-gdid, illi wara li jkun spicca l-agha ta' l-elezzjoni rridu lkoll inharsu 'l quddiem b'mod illi, iva, ghada tkun gurnata bhall-ohrajn, semplicement ikun inbidel il-Gvern. U nerga' ninsisti, illi Gvern Laburista gdid li dahal fis-sehh illum ser ikun Gvern tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha. |
| Hafna drabi, Prim Ministru forsi jkollu t-tentazzjoni illi jinqata' | mill-hajja ta' kuljum tac-cittadini l-ohra. Ghalhekk nixtieq illi fil-granet li gejjin, fix-xhur li gejjin, inkun qieghed kemm jista' jkun qrib taghkom; u l-istil li bi hsiebni naddotta se jkun stil mahsub biex jafferma li tassew Gvern Laburista gdid, li dahal fis-sehh illum, se jkun impenjat biex jibqa' jghix qrib tac-cittadini kollha kemm huma. |
| Nixtieq illi mill-gdid nerga naghmel din il-weghda - ahna l-ghajta | taghna kienet Ic-Cittadin l-Ewwel, u nemmnu li bejn ic-cittadini ma hemm l-ebda differenza ta' opinjoni politika. Ahna lkoll Maltin, ghandna lkoll l-istess valuri, l-istess ideali u l-istess impenn biex il-familji taghna jimxu lkoll flimkien 'l quddiem. |
| Mela jiena nawgura li lkoll kemm ahna fiz-zmien li gej, inkomplu | mexjin f'ghaqda shiha bhala pajjiz modern bhala pajjiz Ewropew, u niffaccjaw l-isfidi tas-seklu l-gdid b'impenn li bih inkomplu nkattru l-gid f'pajjizna u nkomplu mmexxu fuq principji ta' gustizzja socjali li lkoll kemm ahna nemmnu fihom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891