Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministru tal-Finanzi l-Onor. John Dalli

PR1730
Date Icon 23/10/1996
Waqt id-dibattitu televiziv tal-bierah, u fil-gazzetta tal-GWUtal-lum, Dr. Alfred Sant ipprova jaghti l-impressjoni li jiena kelli sensiela ta' laqghat mas-Sur Meinrad Calleja u allura pprova jwassal lill-poplu Malti ghall-konkluzjoni li hemm xi ntimita' bejni u bejn is-Sur Meinrad Calleja.
Dr. Alfred Sant rega' gideb meta ta din l-impressjoni. U dinil-gidba ghamilha b'mod ippjanat u ghal tal-apposta biex jiehu vantagg politiku minnha. Jiena ma kelliex is-sensiela ta' laqghat li semma' Dr. Alfred Sant, u jekk dan baqghalu nitfa dekor, ghandu obbligu jikkoregi ruhu.
Jidher car li Dr. Alfred Sant jinsab iddisprat biex isalva r-raba'siggu fit-Tieni Distrett. Ghax mhux kapaci jaghmel dan billi joffri alternattiva ghall-politika u l-progetti taghna, qieghed jaghmlu billi jipprova johloq sfiducja fija.
Dan l-agir irresponsabbli ta' Dr. Alfred Sant ma jistax majfakkarnix fil-mod kif, fil-glieda ghat-tmexxija tal-Partit Socjalista, rikeb fuq ittra anonima biex jaghti gambetta lil Onor. Lino Spiteri li kien qieghed itellaq mieghu. Issa qieghed jipprova juza l-istess strategija, imma din id-darba, it-tellieqa ser jitlifa.
Jidher ukoll li Dr. Alfred Sant, fl-ahhar sforz tieghu, rega'rrepeta l-gideb dwar l-ghoti tal-kuntratt ta' San Raffaele. Id-dettalji tal-mod kif inghata dan il-kuntratt tqieghdu fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti u llum huma pubblici. Kull min hu serju seta' ra ghall-affari tieghu id-dettalji kollha. Imma Dr. Alfred Sant, ghax mhux serju, ikompli jibbaza ruhu fuq l-insinwazzjonijiet u s-suspetti u mhux fuq il-fatti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow