Left arrow Mur Lura

L-Occupational Health and Safety Unit

PR1726
Date Icon 22/10/1996

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Uamni jirreferi ghall-istqarrija mahruga l-bierah minn Dr Michael Farrugia, kelliem

ewlieni tal-Malta Labour Party dwar is-Sigurta' Socjali u li kienet titratta l-Occupational Health and Safety Unit.

Irid jinghad li meta gew amalgamati flimkien l-Occupational Health Unit tad-Dipartiment tas-Sahha, u s-Safety unit

tad-Dipartiment tax-Xoghol, il-Unit gdida giet akkomodata f'bini fi Triq Sant'Ursola, Valletta flimkien mal-Ufficcju

tal-Kummissjoni ghal Promozzjoni tas-Sahha u Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol.  Dan il-post ittiehed b'kera ta' LM8,000

- u mhux LM80,000- fis-sena minn ghand il-Middle Sea Valletta Company Ltd.  Wara dan iz-zmien,

is-sidien bnew strutturi godda fuq it-tieni sular u, bhala rizultat ta' dan, l-Ufficju tal-Unit, garrab xi inkonvenjenzi, fosthom

nuqqas ta' ventilazzjoni, zieda fl-umdita' u carcir ta' ilma ta' xita.  Is-sidien gew mgharrfin b'dan u saret laqgha fuq il-post bejn

rapprezentanti tas-sidien u tad-Dipartiment meghjuna mill-periti taghhom.  Is-sidien ghandhom jaghmlu r-rimedji mehtiega biex

jitnehha l-periklu, jigi rrangat d-drenagg ta' l-ilma tax-xita, tonqos l-umdita' u tizdied il-ventilazzjoni.

Il-lift mhux qieghed jintuza u ghalhekk ma ghandux ghalfejn jigi ezaminat minn inginier.  Il-kmamar li qeghdin jintuzaw bhala

klinici jinsabu fis-sular ta' taht u ebda persuna bil-krozzi jew b'xi haga f'saqajha ma ghandha ghalfejn titla' turgien.



Dwar  l-ispetturi   ntlahaq   ftehim   mal-Unions   dwar   il-klassifikazzjoni  u  r-'regrading' tal-ispettorat ta' sahha u sigurta' fuq

ix-xoghol.  Issejhu applikazzjonjiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku izda ma kienx hemm twegiba minn persuni

eligibbli.  Sadattant l-Universita' qeghda thejji kors addattat ghal tahrig ta' ufficjali skond il-ftehim ta' klassifika u ta' 'regrading'

milhuq mal-Unions.  Id-Dipartiment tax-Xoghol jiehu hsieb li jimla postijiet ta' 'Scientific Officers' li jkunu f'qaghda li jaghmlu

investigazzjonjijiet xjentifici kif ukoll zjajjar fuq il-postijiet tax-xoghol u jghinu fit-tahrig ta' spetturi.

Ma hemmx haddiema impjegati bhala Spetturi ta' Sahha u Sigurta' fuq ix-xoghol li qed jahdmu bhalissa f'postijiet mhux relatati. 

Izda d-Dipartiment qieghed jinqeda b'zewg spetturi (li qabel kienu spetturi tas-Sahha:  Senior Inspector Health & Safety)

kif ukoll erba' tobba kwalifikati biex izur postijiet tax-Xoghol.  L-ispetturi tad-Dipartiment izuru postijiet tax-xoghol kull meta

jkun hemm ilment u mhux biss wara li jkunu nqalghu incidenti, ghalkemm kull incident gravi qieghed jigi investigat kif ghandu

jkun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow