Left arrow Go Back

L-Onor. Censu Galea, Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd iwiegeb lill-Opozizzjoni dwar il-qasam tal-Housing

PR1724
Date Icon 22/10/1996
Ghal darba ohra, meta l-Kap ta' l-Oppozizzjoni tkellem dwaril-qasam tal-housing rega' ma qal assolutament xejn. Ftit jiem qabel l-Elezzjoni, flok ma ta xi ndikazzjoni konkreta ta' x'inhi l-policy tal-Partit tieghu rega' rrepeta l-istess paragrafu li ilu jinghad diversi xhur, izda li meta tghasru ma jfisser xejn.
Dan juri l-mod superficjali li bih l-Oppozizzjoni thares lejnil-qasam tal-Housing Socjali f'pajjizna. Ghal darba ohra dan il-Partit rega' ma qal assolutament xejn dwar x'inhi l-pozizzjoni tieghu dwar il-Ligi tal-Kera, jew dwar il-Ligi tar-Rekwizizzjoni. Il-mod vag u bla ebda indikazzjoni konkreta ta' x'inhu l-pjan juri li fil-fatt ma jezisti l-ebda pjan dwar dan il-qasam. Il-fatt li l-Partit Socjalista jitkellem dwar is-sussidju tal-kera u dwar il-ghajnuna ghal tibdil strutturali fil-bini mikri jew uzat mis-sid, bla ma ighid xejn dwar jekk hux ser izid dak li diga jezisti, hu wkoll indikazzjoni cara li m'hemm l-ebda pjan ghal dan il-qasam.
L-iskemi ta' ghajnuna li ssemmew bhala xi haga nnovattiva fil-fattilhom jigu uzati ghal snin twal u minnhom gawdew mijiet ta' familji Maltin.
Fil-fatt, il-politika tal-Gvern dwar il-housing kienet ughadha wahda konkreta u koordinata ma' l-oqsma kollha tal-hajja. Filwaqt li nbnew eluf ta' postijiet godda, u filwaqt li hemm iktar minn elf post iehor li huma mibdija biex jitqassmu matul is-snin li gejjin, il-Gvern ra wkoll kif jikkoordina x-xoghol kollu mehtieg fil-qasam tal-housing permezz ta' skemi differenti li jharsu l-interessi ta' kulhadd.
Mhux hekk biss, il-politika tal-Gvern kienet u ghadha bbazata fuqil-fatt li f'pajjizna hawn il-proprjeta li, ghalkemm hi tajba, mhix uzata ghal kollox. Fl-istess hin ried ikun zgur li l-proprjeta ezistenti jekk ghandha bzonn ta' tiswijiet tigi rrangata biex tkun abitata. Kien ghalhekk li matul is-snin li ghaddew il-Gvern haddem dawn l-iskemi li gejjin. Uhud minn dawn l-iskemi ilhom jigu mhaddna f'pajjizna minn 1988.
SHD11 ----- Skema ta' sussidju fuq il-kera ta' residenzi privati(1988) SHD12 ----- Sussidji ghal titjib fi djar okkupati minn persuni b'dizabilita' (1988) SHD15 ----- Sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar mis-sidien (1990) SHD15A --- Sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar mill-inkwilini (1992) SHD16 ----- Skema ta' mghax fuq self ghal xiri ta' djar mis-settur privat (1990) SHD17 ----- Skema ta' sussidju ta' djar fuq Taxxa tal-Valur Mizjud (VAT) imhallas fuq l-ewwel dar ghal abitazzjoni (1995)
Dawn l-iskemi, minbarra skemi SHD15 u SHD15A li gew sostitwitib'ohrajn godda mill-Awtorita' tad-Djar, ghadhom fis-sehh sal-lum.
Ta' min isemmi skemi godda li tnehhew f'dawn l-ahhar sninmill-Awtorita' tad-Djar. Dawn l-iskemi huma:
Skema I ----- Skema tal-1995 ghax-xiri ta' djar ta' abitazzjoniminn inkwilini f'postijiet tal-Gvern. Skema J ----- Skema tal-1995 dwar kera sussidjata fuq residenzi privati. Skema K ---- Skema tal-1995 dwar fidi ta' cnus fuq artijiet li hargu taht l-iskema tal-Home Ownership Scheme wara l-1979 Skema L ----- Skema tal-1996 dwar sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar fi djar privati mill-inkwilini. Skema M ---- Skema tal-1996 ghal sussidju fuq xiri u xoghlijiet ta' rrangar fi djar privati Skema N ---- Skema tal-1996 ghal sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar u titjib f'residenzi privati okkupati minn sidien. Skema P ----- Skema tal-1996 dwar fidi ta' cnus ta' artijiet li hargu taht l-iskemi tal-Home Ownership Scheme mid-Dipartiment tal-Artijiet qabel l-1979.
B'dawn l-iskemi eluf ta' persuni sabux, jew rrangaw abitazzjonidicenti ghalihom u ghal uliedhom, altru milli thallew lura, dawn l-oqsma tqeghdu fuq pedamenti sodi li fuqhom ser ikompli jinbena l-futur tal-housing socjali f'pajjizna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow