L-Onor. Censu Galea, Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd jwiegeb stqarrija ta' l-Onor Freddie Micallef
PR1723
22/10/1996
| Ghal darba ohra, meta l-Kap ta' l-Oppozizzjoni tkellem dwar | il-qasam tal-housing rega' ma qal assolutament xejn. Ftit jiem qabel l-Elezzjoni, flok ma ta xi ndikazzjoni konkreta ta' x'inhi l-policy tal-Partit tieghu rega' rrepeta l-istess paragrafu li ilu jinghad diversi xhur, izda li meta tghasru ma jfisser xejn. |
| Dan juri l-mod superficjali li bih l-Oppozizzjoni thares lejn | il-qasam tal-Housing Socjali f'pajjizna. Ghal darba ohra dan il-Partit rega' ma qal assolutament xejn dwar x'inhi l-pozizzjoni tieghu dwar il-Ligi tal-Kera, jew dwar il-Ligi tar-Rekwizizzjoni. Il-mod vag u bla ebda indikazzjoni konkreta ta' x'inhu l-pjan juri li fil-fatt ma jezisti l-ebda pjan dwar dan il-qasam. Il-fatt li l-Partit Socjalista jitkellem dwar is-sussidju tal-kera u dwar il-ghajnuna ghal tibdil strutturali fil-bini mikri jew uzat mis-sid, bla ma ighid xejn dwar jekk hux ser izid dak li diga jezisti, hu wkoll indikazzjoni cara li m'hemm l-ebda pjan ghal dan il-qasam. |
| L-iskemi ta' ghajnuna li ssemmew bhala xi haga nnovattiva fil-fatt | ilhom jigu uzati ghal snin twal u minnhom gawdew mijiet ta' familji Maltin. |
| Fil-fatt, il-politika tal-Gvern dwar il-housing kienet u | ghadha wahda konkreta u koordinata ma' l-oqsma kollha tal-hajja. Filwaqt li nbnew eluf ta' postijiet godda, u filwaqt li hemm iktar minn elf post iehor li huma mibdija biex jitqassmu matul is-snin li gejjin, il-Gvern ra wkoll kif jikkoordina x-xoghol kollu mehtieg fil-qasam tal-housing permezz ta' skemi differenti li jharsu l-interessi ta' kulhadd. |
| Mhux hekk biss, il-politika tal-Gvern kienet u ghadha bbazata fuq | il-fatt li f'pajjizna hawn il-proprjeta li, ghalkemm hi tajba, mhix uzata ghal kollox. Fl-istess hin ried ikun zgur li l-proprjeta ezistenti jekk ghandha bzonn ta' tiswijiet tigi rrangata biex tkun abitata. Kien ghalhekk li matul is-snin li ghaddew il-Gvern haddem dawn l-iskemi li gejjin. Uhud minn dawn l-iskemi ilhom jigu mhaddna f'pajjizna minn 1988. |
| SHD11 ----- Skema ta' sussidju fuq il-kera ta' residenzi privati | (1988) SHD12 ----- Sussidji ghal titjib fi djar okkupati minn persuni b'dizabilita' (1988) SHD15 ----- Sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar mis-sidien (1990) SHD15A --- Sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar mill-inkwilini (1992) SHD16 ----- Skema ta' mghax fuq self ghal xiri ta' djar mis-settur privat (1990) SHD17 ----- Skema ta' sussidju ta' djar fuq Taxxa tal-Valur Mizjud (VAT) imhallas fuq l-ewwel dar ghal abitazzjoni (1995) |
| Dawn l-iskemi, minbarra skemi SHD15 u SHD15A li gew sostitwiti | b'ohrajn godda mill-Awtorita' tad-Djar, ghadhom fis-sehh sal-lum. |
| Ta' min isemmi skemi godda li tnehhew f'dawn l-ahhar snin mill-Awtorita' | tad-Djar. Dawn l-iskemi huma: |
| Skema I ----- Skema tal-1995 ghax-xiri ta' djar ta' abitazzjoni | minn inkwilini f'postijiet tal-Gvern. Skema J ----- Skema tal-1995 dwar kera sussidjata fuq residenzi privati. Skema K ---- Skema tal-1995 dwar fidi ta' cnus fuq artijiet li hargu taht l-iskema tal-Home Ownership Scheme wara l-1979 Skema L ----- Skema tal-1996 dwar sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar fi djar privati mill-inkwilini. Skema M ---- Skema tal-1996 ghal sussidju fuq xiri u xoghlijiet ta' rrangar fi djar privati Skema N ---- Skema tal-1996 ghal sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar u titjib f'residenzi privati okkupati minn sidien. Skema P ----- Skema tal-1996 dwar fidi ta' cnus ta' artijiet li hargu taht l-iskemi tal-Home Ownership Scheme mid-Dipartiment tal-Artijiet qabel l-1979. |
| B'dawn l-iskemi eluf ta' persuni sabux, jew rrangaw abitazzjoni | dicenti ghalihom u ghal uliedhom, altru milli thallew lura, dawn l-oqsma tqeghdu fuq pedamenti sodi li fuqhom ser ikompli jinbena l-futur tal-housing socjali f'pajjizna. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891