Aktar ghajnuna finanzjarja lill-Bdiewa u Sajjieda Ghawdxin
PR1717
21/10/1996
| Kuntratti ta' ghajnuna li jammontaw ghas-somma ta' Lm34,070 li ser | jintuzaw minn bdiewa, rahhala u sajjieda Ghawdxin gew iffirmti dalghodu fis-Sala Guze` Micallef. Disgha u erbghin bidwi, rahhal u sajjied ser igawdu minn dan l-ammont. L-ghajnuna hija ghall-akkwist ta' Rotary Cultivators, Tractors, Drip Irrigation, Estensjoni ta' Ilma u Dawl, Bini ta' Milking Parlour u xiri ta' trawler. |
| Prezenti ghall-iffirmar tal-kuntratti kien hemm il-Ministru ghal | Ghawdex Anton Tabone fejn heggeg lil dawk li ser jibbenifikaw minn din l-ghajnuna sabiex ikomplu jahdmu fl-oqsma tal-biedja u s-sajd, zewg industriji li minn dejjem kienu u ghadhom jaghtu kontribut siewi lill-pajjiz. Fil-fatt, kompla jghid il-Ministru, Ghawdex m'ghadux meqjus aktar bhala piz ghall-ekonomija tal-gzejjer, izda sar kontributur ghal gid nazzjonali. Huwa kompla jghid li l-produzzjoni ta' l-agrikoltura u sajd hija garantita ghax in-numru ta' vizitaturi fil-gzira qieghed dejjem jikber u jizdied aktar il-konsum. Minbarra dan parti sostanzjali mill-produzzjoni agrikola u tas-sajd minn Ghawdex tinbiegh go Malta bl-ghajnuna tal-Gvern li jaghmel tajjeb ghall-ispejjez tal-garr fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. |
| Il-Ministru Tabone qal li l-ghajnuna li l-bdiewa qed jinghataw | mill-Gvern tizdied meta Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea. Fost l-ghajnuna li l-Unjoni Ewropea taghti lill-bdiewa huwa semma l-investiment immirat biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-hajja u tax-xoghol taghhom, biex jitnaqqsu l-ispejjez tal-produzzjoni u biex jitjieb il-kwalita' tal-prodotti. Huwa semma wkoll ghajnuna li tinghata mill-Gvern ghall-irrigazzjoni ta' art. Fil-fatt il-lum iktar raba li kien gie abbandunat qieghed jerga jibda jinhadem. Mill-1988 il-Gvern qassam Lm180,940 f'ghotjiet lil bdiewa u lis-sajjieda Ghawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891