Left arrow Go Back

Inawgurata Berga gdida fil-Munxar Ghawdex

PR1715
Date Icon 21/10/1996
Illum Ghawdex ghandu tlettax-il berga fi rhula differenti. Dawnil-bereg jinfethu regolarment u huma mizmuma tajjeb. Il-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone qal dan meta kien qed jaghmel diskors fl-okkazzjoni tal-ftuh ta' berga gdida fir-rahal tal-Munxar. Huwa kien qed jaghmel paragun mas-snin ta' qabel l-1987 meta l-bereg li kien hawn f'Ghawdex kienu fi stat ta' abbandun. Ghall-kuntrarju ta' dan illum il-bereg jinsabu fin-Nadur, il-Qala, Ghajnsielem, Xewkija, San Lawrenz, Xaghra, Sannat, Kercem, Gharb, Ghasri, Zebbug, Munxar u Poliklinika fir-Rabat, u dawn illum mhux biss jigu ffrekwentati minn hafna nies tal-lokal imma minnhom jistghu anke jirtiraw ukoll il-medicini taghhom minflok ma jmorru l-Isptar Generali kif kien isir qabel.
Il-Ministru qal li l-bereg illum huma frekwentati, tant li fl-ewweltmien xhur ta' din is-sena fic-Centru tas-Sahha fir-Rabat u fil-klinici tal-Gvern l-ohra ta' Ghawdex diga nqdew 41,380 persuna. Dan kollu juri li s-sistema li introducejna f'pajjizna qed tahdem u biha l-pubbliku huwa moqdi l-hin kollu. Din hija mizura ohra tal-Gvern li tirrispondi ghall-esigenzi tal-poplu kollu fil-qasam tas-sahha.
Meta rrefera ghall-Isptar Generali ta' Ghawdex, il-Ministru Tabone,qal li sar investiment kbir fit-taghmir tieghu biex minnu jkunu jistghu jinghataw aktar servizzi u l-isptar illum lahaq livell professjonali li jfisser li hafna pazjenti Ghawdxin ma ghadx ghandhom il-bzonn li joqghodu jmorru Malta ghall-kura. Bhala ezempju l-Ministru qal li llum fl-isptar qeghdin isiru l- 'pacemaker insertions' permanenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow