Inawgurat l-ewwel fazi tal-Progett tat-Toroq f'Tal-Qroqq
PR1712
21/10/1996
| Il-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami akkumpanjat mill-Ministru | ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, Michael Frendo, dalghodu inawgura l-ewwel fazi tal-progett tat-Toroq f'Tal-Qroqq li issa infethet ghat-traffiku. |
| Ix-xoghol fuq dan il-progett beda f'Jannar li ghadda u tlesta kif | ippjanat. L-ewwel fazi tal-progett kienet l-aktar wahda impenjattiva u twettqet wara li tfassal pjan serju ta' traffic management biex ix-xoghol isir bla periklu u fl-istess waqt ma tinghalaqx ghat-traffiku t-Triq Regjonali. |
B'kollox ix-xoghol s'issa kien jinvolvi:
- il-qtugh ta' 120,000 metru kubu ta' blat;
- it-tqattiegh ta' 8,400 metru kubu ta' trinek biex ghaddew is-servizzi;
- irdim ta' 20,000 metru kubu ta' materjal;
- il-bini ta' 30,000 metru kwadru ta' hitan;
- 2,000 metru ducts mit-Telemalta Corporation
- tqeghid ta' 115,000 metru cables mill-Enemalta Corporation
- tqeghid ta' 2,000 metru kanen mill-Water Services Corporation; u
- bini ta' reservoir li jesa' 1,500,000 gallun ilma.
Fil-fatt it-triq li nbniet taht il-mini hi twila 675 metru b'wisa' ta' 18.8 metri. Il-mini wahedhom huma twal 280 metru u huma l-itwal li hawn f'Malta. S'issa intuzaw:
- 680 precast panels, twal disa' metri l-wiehed u li bejniethom jiznu 6,800 tunnellata;
- tpoggew 12,700 metru kwadru ta' asphalt li jiznu 1,200 tunnellata;
- inbniet bankina tal-konkos twila 2,700 metru;
- tpogga cable tad-dawl twila 640 metru u tpoggew 1450 metru ta' kanen biex jiddrejnaw l-ilma tax-xita.
Fil-bini tas-saqaf tal-bini tpoggew:
- 460 travu tal-pre-cast concrete kull wiehed twil disa' metri;
- intuzaw 2,200 metru kubu ta' concrete;
- intuzaw 425 tunnellata ta' azzar rinfurzat;
- fil-hitan li jwasslu ghaz-zewg mini intuzaw 800 blokka tal-concrete li jiznu 2,400 tunnellata.
| F'kumment li ghamel wara li ferah lill-haddiema kollha li hadmu | fil-progett, il-Prim Ministru qal li dawn huma t-tip ta' toroq li jixirqu lil pajjiz modern bhal taghna. |
| Mil-lum wara nofsinhar il-mini se jinfethu ghat-traffiku regolari u | jibdew jitnehhew uhud mid-devjazzjonijiet li saru fix-xhur li ghaddew sakemm tlestiet din l-ewwel fazi tal-progett. Sadattant se jkompli x-xoghol biex il-progett kollu jitlesta kif ippjanat, kmieni s-sena d-diehla. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891