Ghotja lil Birkirkara Football Club
PR1686
17/10/1996
| Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Richard Muscat, | ipprezenta kompjuter bl-accessorji kollha lill-Birkirkara F.C. L-ghotja hi ohra f'sensiela ta' prezentazzjonijiet li s-Segretarju Parlamentari ghamel matul din is-sena lil diversi ghaqdiet kulturali u sportivi. |
| Waqt li kien qed jipprezenta l-kompjuter lis-Sur Victor Zammit, | President tal-club, is-Segretarju Parlamentari qal li xtaq juri apprezzament ghall-isforzi li ghamel il-club fl-ahhar snin biex iwaqqaf struttura teknika u amministrattiva professjonali. Is-Segretarju Parlamentari qal li fl-ahhar zmien il-club ghamel bidla radikali u l-frott ta' din il-bidla diga' beda jinhass bl-akkwist ta' kwartieri moderni u b'rizultati teknici li qeghdin jaghtu sodisfazzjonijiet kbar lill-Karkarizi kollha. |
| Mal-kompjuter u l-accessorji, is-Segretarju Parlamentari pprezenta | wkoll ghadd ta' blalen tal-football li se jkunu jistghu juzaw it-tfal tan-nursery ta' Birkirkara. |
| Is-Sur Zammit esprima c-certezza li l-ghotja kienet se tintlaqa' | tajjeb mill-partitarji u mill-mexxejja tan-nursery. Hu rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari ghall-appogg li dejjem ta lill-club tal-football ta' Birkirkara u fakkar li s-Segretarju Parlamentari Muscat kien fl-ewwel kumitat tan-nursery u kien ukoll waqqaf il-club tas-supporters ta' Birkirkara. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891