Xoghol ta' Tarmac u Traffic Lights fi Triq tal-Barrani
PR1676
17/10/1996
| Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, Michael | Frendo llum inawgura s-sistema gdida ta' traffic lights fi Triq tal-Barrani, liema triq ghadha kif inghatat dehra gdida wara li saritilha xoghol estensiv ta' tarmac, bini ta' hitan u installar ta' traffic lights. |
| F'din it-triq, minn Santa Lucija sa Bir id-Deheb, tpoggew b'kollox | 3.8 kilometri ta' tarmac biex inksew 74,000 metru kwadru ta' wicc it-triq.It- tarmac li tpogga wara li t-triq saritilha l-compaction mehtiega u fil-partijiet fejn kienet mibnija fuq il-hamrija din tnehhiet u flokha tpogga materjal aktar b'sahhtu, kien jikkonsisti fi 15-il centimetru ta' base course u 2.05cms ta' wearing course, b'kollox hxuna ta' madwar tmien pulzieri. |
| Barra minn dan, inbnew il-hitan fil-gnub tat-triq li kienu | mwaqghin. Tliet junctions importanti li hemm fit-triq, wahda li taghti ghaz-zona industrijali ta' Bulebel, wahda li tidhol lejn il-Gudja u l-ohra li tidhol lejn Hal Ghaxaq, sarulhom traffic lights biex it-traffiku jkun jista' jimxi ahjar u tittaffa l-kongestjoni li kienet tinholoq, apparti li jkun skansat ukoll hafna periklu. |
| Ir-roundabout li minn Santa Lucija tiehu ghat-Triq | tal-Barrani iccekknet xi ftit u nghatatilha sura gdida u inqas ingombranti milli kellha qabel, kif ssugerit mill-esperti tat-traffiku. |
| Ta' min ifakkar li d-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru | ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, bhalissa qed jaghmel xoghol ta' bini mill-gdid ta' diversi toroq arterjali u distributorji f'diversi nhawi ta' Malta. |
| Il-junctions il-godda f'din it-triq kienu ddisinjati | mit-teknici tad-Dipartiment tat-Toroq fuq parir ta' esperti tar-Research and Transport Laboratory ta' l-Ingilterra li kienu ngiebu f'Malta apposta biex jghinu fid-disinjar ta' dawn il-junctions importanti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901