Left arrow Mur Lura

Iffirmar ta' Ftehim bejn l-APS Bank Limited u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar servizzi bankarji fil-Pitkalija

PR1673
Date Icon 17/10/1996
Xi snin ilu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien talab lill-banekkummercjali sabiex jikkonsidraw jifthu ufficcju fil-Pitkalija sabiex joffru servizzi bankarji lil dawk kollha li juzaw il-Pitkalija. L-APS Bank Ltd, wera x-xewqa li joffri dan is-servizz.
Wara diskussjoni dwar is-servizz mehtieg intlahaq ftehim. Il-Bankkera mid-Dipartiment ta' l-Artijiet l-ufficini li kienu jintuzaw bhala 'cash office'. Qed isiru l-arrangamenti mehtiega sabiex is-sistema tal-kompjuter tal-Bank tkun kompatibbli mas-sistema tal-kompjuter tal-Pitkalija. Fi ftit xhur ohra huwa mistenni li l-Bank jibda jircievi l-hlas tal-prodott mibjugh mill-pitkaliji u jibda jhallas lill-bdiewa l-bank stess. B'din is-sistema huwa mistenni li l-bdiewa jibdew jithallsu tal-prodott taghhom aktar malajr.
Dan il-ftehim huwa holqa ohra fil-katina ta' zviluppfl-infrastruttura tal-Pitkalija. L-introduzzjoni ta' l-ewwel fazi tas-sistema kompjuterizzata kien pass kbir 'il quddiem sabiex jigi assigurat li l-bidwi jiehu dak kollu li haqqu.
Sabiex is-sistema tahdem ahjar, nhasset il-htiega li d-dhul ul-hrug fil-Pitkalija jkun aktar organizzat. Ghalhekk giet mibnija triq gdida minn fejn ix-xerrejja jidhlu fis-suq. Fi ftit gimghat ohra sejra tohrog sejha ghall-offerti ghall-bini ta' canopies permanenti sabiex il-prodott jkun offrut ghal bejgh fi stat ahjar u b'mod aktar organizzat. Huwa mahsub ukoll li fis-snin li gejjin tinbena tinda ohra halli jkun hemm aktar spazju fejn tkun tista' tinbiegh il-biegha li dejjem qed tizdied.
Il-bejgh tal-prodotti mill-Pitkalija zdied minn 30,233il-tunnellata fl-1986 b'valur ta' Lm 4.5 miljun ghal 36,160 il-tunnellata fl-1995 b'valur ta' Lm 6.2 miljun - zieda ta' 20% fil-kwantita' u ta' 38% fil-valur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow