Elezzjonijiet Generali 1996 - Dokumenti Specjali ghall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lil dawk il-persuni li ntilfilhom jew tqattalhom id-Dokument ghall-Votazzjoni wara li rcevewh, u lil dawk li ghalkemm isimhom jidher fir-Registru Elettorali ta' April 1996 rivedut bid-decizjonijiet ta' l-ufficjal revizur, ma rcevewx id-dokument ghall-votazzjoni minhabba xi raguni specjali, li huma jistghu, sa mhux aktar tard mid-9.00 p.m. ta' l-Erbgha t-23 ta' Ottubru, 1996, jidhru quddiem il-Kummissjonarju Elettorali, fl-Ufficcju Elettorali Evans Building, Misrah Sant'Iermu il-Belt Valletta, biex, wara li jipprezentaw il-Karta ta' l-Identita' taghhom u jaghmlu stqarrija guramentata, japplikaw ghal dokument ghall-votazzjoni specjali. Il-hinijiet ikunu hekk:
mill-Hamis, is-17, sas-Sibt id-19 ta'Ottubru, u
mit-Tnejn il-21, sat-Tlieta, it-22 ta' Ottubru, 1996
mit-8.00 a.m. sat-8.00 p.m.
Il-Hadd l-20 ta' Ottubru, mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. u
l-Erbgha, it-23 ta' Ottubru (l-ahhar jum)
mit-8.00 a.m. sad-9.00 p.m.
L-istess arrangamenti jinghataw lill-votanti rregistrati fit-tlettax-il distrett elettorali (Ghawdex u Kemmuna) li ghandhom japplikaw ghand il-Kummissjonarju Elettorali, fl-Ufficcju tal-Karta ta' l-Identita', Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891