Left arrow Mur Lura

Prezentazzjoni ta' l-Ittra tal-hatra lill-Ufficjali Korrettiv

PR1652
Date Icon 15/10/1996
Illum il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg pprezenta l-ittratal-hatra lill-tnejn u tletin Trainee Correctional Officers li ser jahdmu fil-Facilita Korrettiva ta' Kordin bhala Ufficjali Korrettivi.
Dawn it-Trainee Correctional Officers ghamlu kors li dam sejjermadwar erba' xhur. Matul dan il-perjodu l-Ufficjali Korrettivi nghataw tahrig li jkopri ghadd ta suggetti, fosthom l-etika, tmexxija, edukazzjoni fizika, sahha u sigurta fuq ix-xoghol u kontroll fil-habs. Tahrig iehor sar fl-ewwel ghajnuna u drill. Barra minhekk l-ufficjali inghataw taghrif dwar id-dixxiplina fil-habs, servizzi ta' probation, drittijiet tal-prigunieri u rijabilitazzjoni mid-droga.
Dan il-kors kien ikkordinat minn Mario Zahra, CorrectionalSupervisor. Il-livell ta' dan il-kors kien l-ghola wiehed li sar u dan irrifletta fir-rizultati tajba li kisbu l-ufficjali.
F'diskors li ghamel il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg qal lil-process ta' riforma fil-Habs issa jinsab ghaddej b'ritmu tajjeb. L-Ufficjali Korrettivi qed jigu mharrga biex mhux jkunu sempliciment gwardjani izda jiffurmaw parti mill- process ta rijabilitazzjoni tal-prigunieri. L-istruttura tal-haddiema kompliet tissahhah ricentement bl-ingaggar ta' probation officers li ser jkomplu jsahhu l-process ta' riforma. Dr Tonio Borg semma wkoll il-beneficcji godda li dawn l-ufficjali godda ser jibdew jgawdu fosthom li wara 25 sena servizz jistghu jirtiraw, u xorta wahda jkunu jistghu jaghmlu xoghol iehor. Barra minhekk huwa qal li l-uffficjali Korrettivi qeghdin igawdu wkoll minn allowances specjali u hlas doppju fil-hdud. Filwaqt li fakkar li x-xoghol ta'dawn l-ufficjali m'huwiex wiehed facli, semma l-importanza li ghandha l-familja fis-sostenn morali tal-ufficjal. Huwa rringrazzja lill-membri tal-familji tal- ufficjali tal-appogg li qed kontinwament juru. Dr Borg semma wkol li l-Ufficjali Korrettivi ghandhom rwol importanti fit-thaddim tal-policies il-godda fil-habs.
Is-Sur Emanuel Cassar, Direttur tal-Habs, qal li bis-sahhatar-regolamenti l-godda kien possibbli li jibdew certu inizjattivi importanti fil-habs fir-rigward tar-riforma. Bir-regolamenti antiki dan ma kienx possibbli li jsir. Huwa semma' bhala ezempju l-ghoti tal-leave lill-prigunieri. L-ahhar ftehim li sar mas-Sedqa u Caritas dwar programmi ta' rijabilitazzjoni lill-prigunieri li jsofru mill-effetti tad-droga huwa ezempju iehor. L-investiment kbir min-naha tal-gvern fil-bini tal-kumpless il-gdid u anke l-ingaggar ta' nies professjonali fil-qasam tal-psikologija, medicina u anke Social Workers qed ikomplu jsahhu l-amministrazzjoni tal-habs f'dik li hi r-riforma tal-prigunieri li issa skond r-regolamenti godda tal-habs huwa l-kunðett baziku li fuqu qed jitmexxa l-habs.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow