Left arrow Mur Lura

Sala fl-Isptar San Luqa tissemma' ghall-Professur Arthur P. Camilleri

PR1651
Date Icon 15/10/1996
F'cerimonja qasira u kommoventi, is-sala maghrufa bhala l-LabourWard fl-Isptar San Luqa giet imsemmija ghall-mibki Professur Arthur P. Camilleri (1928-1995).
Il-Professur Camilleri kien il-Professur tal-Ostetrija uGinekologija bejn l-1965 u l-1977 kif ukoll Dekan tal-Fakulta' tal-Medicina ta' l-Universita' ta' Malta bejn l-1975 u l-1977. Fis-snin ta' wara kien konsulent f'Southampton l-Ingilterra, fejn irtira fl-1992.

Matul ic-cerimonja tfakkru l-avvanzi li saru taht il-Prof. Camilleri, fosthom l-introduzzjoni ta' l-ewwel makna ta' l-ultrasound f'Malta, u l-interess kbir li kellu fir-ricerka u l-innovazzjonijiet fil-qasam tieghu. Tfakkar ukoll l-impenn kbir tieghu lejn l-istudenti u t-tobba zghar fejn kien mahbub u rrispettat minn kulhadd. Tfakkru ukoll id-dedikazzjoni li kellu ghall-familja tieghu u l-principji nsara li kien ihaddan u l-mod kif kien japplikom fil-professjoni tieghu.

Prezenti ghac-cerimonja kien hemm l-armla tal-Prof. Camilleri,iz-zewg uliedu, bosta qraba u hbieb. Il-familja Camilleri intlaqghu fl-Isptar san Luqa minn Dr. John M. Cachia, Direttur, Institutional Care; Dr. Frank Bartolo, Amministatur Mediku; is-Sur Charles Messina, Amministatur; membri ta' l-istaff mediku, paramediku u amministattiv tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ginekologija, u numru ta' tobba li kienu kollegi tal-Prof Camilleri.
Iben il-Professur Camilleri, pogga ritratt ta' missieru fid-dahlatas-sala bhala tifkira ta' din l-okkazjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow