Wirja ta' Gurnali, Rivisti u Fuljetti ta' Ghawdex
PR1624
11/10/1996
| Nhar l-Erbgha 9 ta' Ottubru, 1996, l-Onorevoli Anton Tabone, | Ministru ghal Ghawdex, fetah wirja ta' gurnali, rivisti, u fuljetti li originaw f' Ghawdex bejn is-sena 1880 u s-sena 1996. Din il-kollezzjoni tifforma parti mill-wirt Ghawdxi u tinsab ikkonservata fil-Librerija Pubblika. Pero' fl-istess hin dan il-materjal qieghed ukoll ghad-dispozizzjoni ta' dawk kollha li jaghmlu uzu mill-Bibljoteka ta' Ghawdex. Il-Librerija Pubblika ta' Ghawdex tgawdi l-istatus ta' 'Legal Deposit', jigifieri hija intitolata li tircievi kopja ta' kull materjal li jigi stampat fil-gzejjer Maltin. |
| Fl-istess okkazjoni saret prezentazzjoni ta' photocopier | mis-Sur John Sultana, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, lill-Ministru ghal Ghawdex ghall-uzu fl-istess Bibljoteka li hija librerija ta' referenza. Infatti matul din is-sena diga' saru 37,000 fotokopja ta' dokumenti u materjal iehor, l-iktar mill-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji u universitarji. |
| Saru diskorsi ta' merhba mis-Sur George Borg, ufficjal inkarigat | mil-Libreriji Pubblici ta' Ghawdex. Rev. Dr Joseph Bezzina, Chairman tal-LibraryAdvisory Committee u l-Inkarigat mill-Arkivju Nazzjonali, thaddet dwar l-ewwel gurnali ta' Ghawdex, filwaqt li s-Sur Anton F Attard, Direttur tas-Servizzi tal-Konsumatur fil-Ministeru ghal Ghawdex, tkellem dwar l-utilita' tal-gurnali u r-rivisti fir-ricerka. |
| L-Onorevoli Anton Tabone semma kif in-numru kbir ta' gurnali u | rivisti li originaw f' Ghawdex hu xhieda ta' l-inizjattiva li ghaliha huma maghrufa l-Ghawdxin. Huma wkoll xhieda li poplu ta' din il-gzira, minkejja l-okkazjonijiet limitati li kellu, dejjem ghamel hiltu kollha biex jitghallem iktar u anki biex dak li jaf, jaqsmu ma' l-ohrajn. |
Il-wirja se ddum miftuha sal-31 ta' Ottubru, 1996
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901