Stqarrija mill-Onor. Censu Galea, Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd
Il-kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar il-qasam tad-djar jidher li hu maqtugh mir-realta meta sejjah il-proposti ta' l-Oppozizzjoni bhala 'godda'.
Tajjeb li wiehed ifakkar li hafna minn dawn il-proposti 'godda' diga qeghdin jigu mwettqa mill-Gvern prezenti permezz ta' skemi li ilhom jigu mhaddma mill-1988 bhal ma huma:
SHD11 Skema ta' sussidju fuq il-kera ta' Residenzi Privati (1988)SHD12 Sussidji ghal titjib fi Djar okkupati minn persuni b'Dizabilita (1988)
SHD15 Sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar mis-sidien (1990)
SHD15A Sussidju fuq xogholijiet ta' rrangar mill-inkwilini (1992)
SHD16 Skemi ta' mghax fuq Self ghal xiri ta' djar mis-Settur Privat (1990)
SHD17 Skema ta' sussidju ta' Djar fuq Taxxa tal-Valur Mizjud (VAT) imhallas fuq l-ewwel Dar ghall-Abitazzjoni (1995)
Dawn l-iskemi, minbarra skemi SHD15 u SHD15A li gew sostitwiti b'ohrajn godda mill-Awtorita' tad-Djar ghadhom fis-sehh sal-lum.
Ta min isemmi skemi godda li tnehdew f'dawn l-ahhar snin mill-Awtorita' tad-Djar. Dawn l-iskemi huma:
Skema I Skema tal-1995 ghax-xiri ta' Djar ta' Abitazzjoni minn inkwilini f'postijiet tal-Gvern.Skema J Skema tal-1995 dwar kera ssussidjata fuq Residenzi privati
Skema K Skema tal-1995 dwar fidi ta' Cnus fuq artijiet li hargu taht l-iskema tal-Home Ownership Scheme wara l-1979.
Skema L Skema tal-1996 dwar sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar fi Djar privati mill-inkwlini.
Skema M Skema tal-1996 ghal sussidju fuq xiri u xoghlijiet ta' rrangar fi djar privati
Skema N Skema tal-1996 ghal sussidju fuq xoghlijiet ta' rrangar u titjib f'Residenzi Privati okkupati minn sidien
Skema P Skema tal-1996 dwar fidi ta' cnus ta' artijiet li hargu taht l-iskemi tal-Home Ownership Scheme mid-Dipartiment ta' l-Artijiet qabel l-1979.
Dawn l-iskemi kollha juru kemm dak li qieghed jipproponi l-Partit Laburista Gdid hu kollu kopja tal-hidma mwettqa mill-Gvern Nazzjonalista.
Minbarra hekk ta' min isemmi x-xoghol kbir li twettaq minn dan il-Gvern f'dawn l-ahhar disa snin. L-ammont kbir ta' appartamenti li nbnew u l-bini ta' belt gdida fl-Imtarfa huma xhieda ta' l-impenn tal-Partit Nazzjonalista f'dan il-qasam. Tajjeb li jissemmew ukoll it-twaqqiegh ta' slums u l-bini mill-gdid ta' appartamenti godda minflokhom fil-Belt Valletta, l-Kottonera, l-Imsida, il-Furjana, Hal-Tarxien u l-Hamrun.
Minbarra dan, Gvern Nazzjonalista ghandu ppjanat il-bini ta' madwar 1250 unit gdid f'diversi postijiet f'Malta b'nefqa ta' madwar Lm16 il-miljun.
Il-Kelliem ewlieni Laburista hareg jiftahar li l-proposti tal-Partit Nazzjonalista huma kkupjati, meta fil-fatt hu l-Partit Laburista li qed jikkopja dak li diga twettaq.
L-eluf ta' Maltin li diga gawdew mill-iskemi li semmejt jafu li l-fatti huma differenti hafna mill-paroli tal-Partit Laburista. Il-flus li ntuzaw fil-qasam tal-Housing, ukoll juru kemm hu fieragh id-diskors tal-Partit Socjalista dwar il-Housing.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901