Il-Partecipazzjoni ta' Malta fil-Hamsa u Erbghin Sessjoni Tal-Konferenza Internazzjonali dwar l-Edukazzjoni tal-UNESCO
PR1611
10/10/1996
| Il-hamsa u erbghin Konferenza Internazzjonali dwar l-Edukazzjoni | organizzata mill-Bureau Internazzjonali ta' l-Edukazzjoni tal-UNESCO nzammet f'Geneva bejn it-30 ta' Settembru u l-5 t'Ottubru 1996. Attendew 'il fuq minn disa' mitt partecipant minn mija u sitta u tletin stat membru, kif ukoll minn stati membri assocjati, 12 il-organizzazzjoni intergovernamentali u 30 organizzazzjoni non-governamentali. Kienu prezenti sebgha u sittin Ministru ta' l-Edukazzjoni u 25 Vici Ministru. Malta kienet rapprezentata mis-Sur Andrew J Buhagiar, Direttur, u mis-Sur Paul A Attard, Asssitent Direttur, mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. |
| It-tema ewlenija tal-Konferenza kienet "It-tishih tar-rwol ta' | l-ghalliema f'dinja li qed tinbidel". Il-Konferenza ddiskutiet kif il-bidliet fis-socjeta' jaffettwaw l-opportunitajiet ta' ghalliema biex itejjbu l-kwalita' ta' l-edukazzjoni, il-partecipazzjoni ta' l-ghalliema fit-tfassil u t-tehid ta' decizzjonijiet biex jissahhah ir-rwol ta' l-ghalliema fir-riforma fl-edukazzjoni; it-tishih tar-rwol ta' l-ghalliema f'dinja li qed tinbidel, u l-impatt ta' informatika fuq it-taghlim u fuq l-ghalliema. |
| Il-Ministri ta' l-Edukazzjoni u d-delegati ddikjaraw | id-determinazzjni taghhom li jassikuraw l-partecipazzjoni attiva ta' l-ghallliema u tas-shab kollha fl-edukazzjoni fil-process tal-bidliet fl-edukazjzoni. Huma weghdu li jimplimentaw politika li tassikura li l-ghalliema jkunu kapaci u motivati, u li t-tahrig ta' l-ghalliema kemm qabel kif ukoll matul is-servizz ikun adattat ghall-isfidi godda fl-edukazzjoni. Huma ntrabtu li jinkoraggixxu innovazzjoni fl-edukazzjoni; li jsahhu l-awtonomija professjonali u s-sens ta' responsabbilta' ta' l-ghalliema, u li jitjiebu l-istatus u l-kundizzjonijiet tax-xoghol ta' l-ghalliema. |
| Huma weghdu edukazzjoni ta' kwalita' u ekwa, edukazzjoni ghal matul | il-hajja kollha, filwaqt li l-iskejjel ikunu strumenti biex s-socjeta' tkun maghquda u mezzi ta' tahrig fil-valuri demokratici u l-kultura tal-paci. Il-Ministri heggew lis-shab kollha fil-qasam edukattiv, inkluzi l-familja, il-midja, u l-assocjazzjonijiet ta' l-ghalliema, artisti u xjenzati biex jintrabtu li jaghmlu l-iskola centru attiv ghat-taghlim u ghall-edukazzjoni morali, spiritwali, civika u vokazzjonali, li tadatta ruhha skond il-bidliet li jigru fid-dinja. |
| Il-Ministri ta' l-Edukazzjoni rrakkommandaw li jkunu mhajra | zghazagh l-aktar kompetenti biex isiru ghalliema; li t-tahrig matul il-karriera hu kemm dritt kif ukoll dover ghal kull min ghandu sehem fl-edukazzjoni. Huma jemmnu fl-awtonomija u r-responsabilta' u l-involviment ta' l-ghalliema u agenti ohra fil-process tat-trasformazzjoni ta' l-edukazzjoni. Il-Ministri heggew lill-ghalliema u s-shab fil-qasam edukattiv biex jiehdu sehem fil-process edukattiv ghaliex l-edukazzjoni hija responsabbilta' ta' kulhadd. L-informatika u t-teknologija tal-komunikazzjoni ghandhom iservu biex itejjbu l-kwalita' ta' l-edukazzjoni ghal kulhadd. Il-professjonalizzazzjoni tal-ghalliema ghandha tkun strategija biex jitjiebu l-istatus u l-kundizzjonijiet tax-xoghol ta' l-ghaliema. Il-Ministri wrew solidarjeta' ma' ghalliema li jahdmu f'sitwazzjonijiet difficli. Huma heggew ko-operazzjoni fuq skala regjonali u internazzjonali. |
| Saru diskorsi ewlenin minn Federico Mayor, id-Direttur Generali ta' | l-UNESCO, u minn Jacques Delors, li flimkien ma' esperti ohrajn ipprezenta r-Rapport importanti "Learning: The Treasure Within". Wara saru diskussjonijiet tal-punti li tqanqlu u ghadd kbir ta' Ministri u delegati ghamlu stqarrijiet. Is-Sur Andrew Buhagiar ghamel diskors marbut mat-temi tal-Konferenza li kien jittratta diversi aspetti ta' l-edukazzjoni civika kif inhi mwettqa f'Malta. |
| Id-delegati Maltin ressqu r-Rapport Nazzjonali ta' Malta dwar | l-Izvilupp ta' l-Edukazzjoni 1995 - 96 . Id-delegati Maltin hadu sehem fid-diskussjonijiet li saru dwar aspetti differenti tat-temi pprezentati f'ghamla ta' Round Table. Saru diskussjonijiet dettaljati dwar il-gbir ta' l-istatistika dwar l-edukazzjoni fuq skala internazzjonali mill-UNESCO. |
| Fl-ahhar jum tal-Konferenza gie ccelebrat il-Jum Internazzjonali | ta' l-Ghalliema u nghata l-Premju prestiggjuz Comenius lil personalitajiet distinti li taw sehem kbir fil-qasam edukattiv fuq skala regjonali jew internazzjonali. Tfakkru wkoll Jean Piaget u Celestin Freinet li twieldu mitt sena ilu u Johann Heinrich Pestalozzi li twieled mitejn u hamsin sena - tliet personaggi li taw sehem kbir fl-izvilupp edukattiv matul iz-zmien. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901