Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, Dr Antoine Mifsud Bonnici jwiegeb allegazzjonijiet maghmula minn kelliema ta' l-oppozizzjoni dwar is-sahha, il-familja u l-anzjani

PR1601
Date Icon 09/10/1996
Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, Dr Antoine Mifsud Bonnicijaghmel referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mahruga l-bierah filghaxija mill-kelliemi ta' l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha, l-Kura ta' l-Anzjani u l-Familja, il-Prof. Edwin Grech u minn Dr Louis Buhagiar, kelliem dwar il-Kura ta' l-Anzjani.
Dawn il-kelliema ghogobhom jinterpretaw kif iridu l-weghda lighamel il-Prim Ministru dwar it-taxxa tal-VAT. Dr Fenech Adami kien semma din it-taxxa waqt laqgha li kellu ma' l-anzjani f'Kastilja u kien qal li, wara li s-sistema tal-VAT tibda tahdem kif suppost, il-Gvern jikkonsidra li jnehhi din it-taxxa ghal ghaqdiet volontarji li jahdmu fil-qasam socjali.
Prof Grech u Dr Buhagiar tkellmu wkoll dwar ir-Residenza SanVincenz. Il-kritika taghhom wiehed irid jaraha fid-dawl ta' orkestrazzjoni shiha ta' attakki li qed jaghmlu kelliema ta' l-Oppozizzjoni kontra din ir-Residenza. Din il-kritika qed issir ghaliex il-Partit fl-Oppozizzjoni jaf kemm gid sar fir-Residenza San Vincenz tul dawn l-ahhar disa' snin u nofs. Jafu wkoll li l-bicca l-kbira ta' l-anzjani residenti jafu min tassew jixtiqilhom il-gid.
Issemma n-nuqqas ta' infermiera. Tajjeb li wiehed ighid li, biextinghata kura xierqa lill-anzjani, mhux kull sala tehtieg infermiera aktar milli hemm,. Hafna drabi il-Health Assistants jistghu jaghmlu dan ix-xoghol b'dedikazzjoni u efficjenza wkoll. Zgur li l-ebda anzjan ma thalla mxarrab fis-sodda u wisq inqas ma thalla jmut wahdu fuq soddtu. Allegazzjoni bhal din, li diga' saret fil-passat recenti, giet michuda bil-qawwa kollha u b'mod kategoriku.
Is-Segretarju Parlamentari jichad li qed isiru xi tranfers f'SanVincenz de Paule li m'humiex gejjin minn esigenzi tas-servizz. Jekk l-implikazzjoni taz-zewg kelliema ta' l-Oppozizzjoni hi li dawn it-transfers saru ghal ragunijiet politici tajjeb li jinghad li, kieku din kellha tkun il-motivazzjoni, aktar minn nofs il-haddiema tar-Residenza jigu trasferiti.
Prof. Grech u Dr Buhagiar heggew ukoll lill-anzjani u qrabathombiex ma jibzghux minn inganni. Dawn il-kelliema jistghu jserrhu rashom li zmien l-inganni ilu li spicca ftit anqas minn ghaxar snin ilu meta l-anzjani ma kien ikollhom l-ebda ghazla hlief li jhallu "barunijiet" Laburisti jivvutaw ghalihom fl-elezzjonijiet generali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow