Programm shih ta' xoghol ta' tarmac fit-toroq arterjali
PR1594
08/10/1996
| Ghal dawn l-ahhar sentejn id-Dipartiment tat-Toroq ilu ghaddej bi | programm shih ta' tarmac f'diversi toroq privati fi bliet u rhula Maltin u din is-sena firex il-hidma tieghu fuq toroq arterjali. |
| Hafna mit-toroq arterjali u lokali li qed isir xoghol fuqhom kienu | jinsabu fi stat hazin hafna ghax Gvern Socjalista kien tahom laghqa tarmac qabel l-elezzjoni tal-1987 u ma hax hsieb li dawn jinbnew kif suppost. |
| Ezempji klassici huma Church Street f'Paceville fejn it-triq | inbniet fuq il-hamrija f'certi postijiet gholja anke 12-il pied. |
| It-toroq li fuqhom qed isir xoghol il-lum qed isiru b'mod | professjonali u bl-uzu ta' makkinarju mill-aktar modern. |
| Dwar ix-xoghol f'Zabbar Road fejn is-Sur Debono Grech qal li qed | jintefqu eluf ta' liri u t-triq ikollha terga' tinqala, ghandu jinghad li kien il-Kunsill Lokali li waqqaf ix-xoghol li beda mid-Dipartiment tat-Toroq minkejja l-assikurazzjonijiet li nghata mill-Enemalta li ma kellhiex bzonn taqla t-triq. |
| Id-Dipartiment tat-Toroq min-naha tieghu ghamel | il-"crossings" mehtiega ta' l-ilma minn taht it-tarmac il-gdid ghall-genb tat-triq biex ma jkunx hemm ghalfejn jinqala' t-tarmac u kien lest jassisti lill-Kunsill anke fil-qlugh tas-sigar biex ma ssirx hsara lit-triq. |
| Kien il-Kunsill Lokali li kien se jonfoq il-flus billi jipprova | jraqqa' t-triq li fl-istat li tinsab ghandha bzonn issir mill-gdid u mhux semplicement titraqqa'. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901