Left arrow Mur Lura

"Press Briefing" ghall-okkazjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel 1996 mill-Onor. Censu Galea

PR1591
Date Icon 08/10/1996

Ta' kull sena niltaqghu f'dawn il-granet biex nifthu c-celebrazzjonijiet tal-Jum Dinji ta' l-Ikel. Sa certu punt il-fatt li l-maggoranza tal-pajjizi tad-dinja jaghmlu dan hu pass negattiv, ghax il-Jum Dinji ta' l-Ikel jigi ccelebrat biex jattira l-attenzjoni ta' min zaqqu mimlija li fid-dinja ghad baqa' miljuni li ghadhom ibatu l-guh u n-nuqqas ta' nutrizzjoni sufficjenti.

Hi propju din it-tema li l-FAO ghazlet ghall-Jum Dinji ta' l-Ikel. Ta' kull sena d-Direttur Generali ta' l-FAO jaghzel tema li ghandha tolqot kemm jista' jkun nies mid-Dinja u biha tattira l-attenzjoni taghhom ghall-fatt li hafna ghadhom ibatu l-guh. Niggieldu l-Guh u l-Malnutrizzjoni hi t-tema maghzula mill-FAO ghal din is-sena.

Sfortunament, izda, nibza' li hafna drabi l-ghajta ta' l-FAO taqa'fuq widnejn torox. Dr. Jacques Diouf, Direttur-Generali ta' l-FAO qal "Filwaqt li resqin lejn it-tielet millenju, d-dinja ghad ghandha sfida krucjali lejn l-aktar dritt baziku tal-bniedem - helsien mill-guh". U ghandu ragun jghid hekk ghax filwaqt li kienet is-sena 3500 Qabel Kristu li fiha nsibu registrata li fl-Egittu kien sar mwiet kbir minhabba l-guh, illum aktar minn hamest elef sena wara ghad ghandna dan il-flagell. Ta' min isemmi li fl-Asja hemm l-akbar ammont ta' persuni li qed ibatu minn nuqqas ta' l-ikel, 512 il-miljun u f'partijiet ta' l'Afrika erbgha u tletin fil-mija tal-popolazzjoni jsofru l-guh. Dan minbarra ammonti kbar f'partijiet ohra tad-dinja anki sahansitra fis-South America.
Ahna ghall-grazzja t'Alla llum m'ghandniex din is-sitwazzjonif'pajjizna. La ahna bil-guh u l-anqas ghandna zbilanc fin-nutriment ghax illum hawn edukazzjoni anke dwar dan is-suggett. U bla dubju ta' xejn is-sens Kristjan taghna ghen ferm biex ahna ma nsejniex lil min hu anqas xxurtjat minna. Wiehed jista' iqis kemm ghajnuna tinbaghat minn Malta lil certi pajjizi specjalment permezz ta' organizazzjonijiet li qed iwettqu xoghol kbir biex inaqqsu l-ingustizzji fil-bilanc ta' ikel u nutriment fid-dinja.
U l-Ministeru tieghi, meta din is-sena gie biex jorganizza l-festili jikkommemoraw l-Jum Dinji ta' l-Ikel haseb hafna dwar l-appell serju li qed jaghmel id-Direttur Generali ta' l-FAO u haseb biex wahda mis-socjetajiet ferm impenjati fil-qasam tal-volontarjat fejn jirrigwarda ghajnuna, kemm morali kif ukoll materjali, li tintbaghat lil pajjizi li ghandhom min ibati l-guh tigi moghtija l-inkarigu li twettaq bl-ghajnuna taghna gbir ta' ikel biex jintbghat lil dawn il-pajjizi. Qed nirreferi ghac-Centru Animazzjoni Missjunarja tas-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl.
Fil-fatt qeghdin naghmlu kampanja, u nitlob lill-gazzetti u l-mediajghinu f'dan, biex bejn id-9 u s-16 ta' Ottubru jingabar kemm jista' jkun ikel fil-bottijiet u landi biex ic-Centru Animazzjoni Missjunarja jibghat barra lil min hu bil-guh. Fil-fatt qed isir gbir fl-Ufficji tal-Kunsilli Lokali, u ta' dan nirringrazzja lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lill-Kunsilli stess, u fl-iskejjel kollha kemm tal-Gvern kif ukoll privati. Kemm id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kif ukoll il-kapijiet ta' l-iskejjel tal-Knisja u privati qed jghinu f'dan rigward u nirringrazzjahom.
Qabel izda ma nghaddi ghall-programm proprju ta' l-attivitajietirid nattira l-attenzjoni ta' kullhadd li l-Jum Dinji ta' l-Ikel din is-sena ghandu sinifikat specjali u ghalhekk qed jinghata izjed importanza. Dan ghax qed isir lejliet il-World Food Summit li ser jsir mill-FAO f'Ruma bejn it-13 u s-17 ta' Novembru u li ghalih ser jattendu kapjiet ta' stat mill-pajjizi kollha tad-dinja, l-akbar organizazzjonijiet internazzjonali, mijiet ta' non-Govermental organisations, istituzzjonijiet ta' ricerka u l-industriji privati. Malta diga tat is-sehem taghha billi l-Prim Ministru accetta li jkun wiehed mill-isponsors.
Il-World Food Summit huwa l-ewwel Summit li qatt gie msejjah biexjittratta l-problema tal-guh u zbilanc fin-nutrizzjoni u hu mistenni li dan s-Summit jippromovi azzjoni f'seba kampijiet mportanti li kollha jghinu biex forsi xi darba jintlahaq dak li l-FAO ilha tahdem ghalih izjed minn hamsin sena, IKEL GHAL KULLHADD.

JUM DINJI TA' L-IKEL 1996

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET

L-Erbgha 9 ta' Ottubru 1996

8.15am Tiftah il-kampanja ta' gbir ta' prodotti ta' l-ikel ippriservat. L-Onor. Censu Galea, Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd jipprezenta ghadd ta' oggetti ta' ikel ippriservat lil Fr. Louis Mallia, Direttur tac-Centru Animazzjoni Misjunarja fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali, San Pawl il-Bahar.

9.00am L-Onor. Censu Galea ser jiftah seminar dwar 'Fish Health Management in Sea Bass and Sea Bream Farming' fejn qed jattendu madwar 40 delegat barrani fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura Forti San Lucja, M'Xlokk. Dan is-Seminar jaghmel parti mill-Programm Leonardo tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Hamis 10 ta' Otturbu 1996

9.30am Inawgurazzjoni ta' Picnic Area fil-Buskett.

10.00am Ftuh ta' Wirja Permanenti 'Wirt l-Ghassar ta' l-Gheneb' fl-Old Winery, il-Buskett.

Il-Gimgha 11 ta' Ottubru 1996

10.00am Tqassim ta' Hampers lill-Istituti tal-Karita'.

L-Ecc. Tieghu Dr. Ugo Mifsud Bonnici, President ta' Malta ser iqassam Hampers lill-Istituti tal-Karita' fil-Pixkerija, Barriera Whaf, Valletta.

Tiehu sehem il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-Hadd 13 ta' Ottubru 1996

9.30am Quddiesa ta' Radd il-Hajr fil-Knisja Parrokjali tal-Mellieha.

Jattendu s-Sindku u l-Kunsilliera tal-Mellieha. Mistiedna l-bdiewa, s-sajjieda, l-familjari u l-hbieb taghhom.

It-Tlieta 15 ta' Ottubru 1996

9.30am Bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, L-Onor. Censu Galea ser jinawgura 'Gnien 15 ta' Ottubru' f'Taz-Zokkrija , Mosta

L-Erbgha 16 ta' Ottubru 1996

10.00am Inawgurazzjoni tal-Biccerija ta' Emergenza.

7.00pm Serata Musico-Letterarja, Sala Sir Temi Zammit, Universita' ta' Malta tal-Qroqq

Il-programm ser ikun imqassam kif gej:

Drama

Kwadru ddramatizzat mill-ktieb ta' Ninu Cremona 'il-Fidwa tal-Bdiewa'.

Muzika

Kanzunetti popolari mill-kantanta Claudette Pace akkumpanjata fuq il-Pjanu minn Gregory Camilleri.

Zfin Folkloristiku Malti

Il-Grupp 'Il-Beltin' taht it-tmexxija tal-Grupp Leader u l-Koreografista Anna La Rosa ser jizfnu ghall-muzika folk ta' Charles Camilleri.

Letteratura

Ser jinqraw xogholijiet letterarji ta' Peter Caruana u Joseph Borg, zewg ufficjali fi hdan il-Ministeru. Jaqraw dawn ix-xogholijiet l-awturi stess.

Prezentazzjoni

L-Onor. Censu Galea Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd jipprezenta medalji lill-persuni ghas-sehem siewi taghhom li taw fil-qasam ta' l-Agrikoltura u Sajd. L-Onor. Ministru ser jipprezenta oggetti ta' l-ikel ippreservat lil Fr. Louis Mallia MSSP, Direttur tac-Centru Animazzjoni Missjunarja.

Din is-serata ser tkun immexxija minn Mario Micallef.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow