Stqarrija mill-Ministeru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd
B'riferenza ghall-istqarrija mill-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Agrikoltura u Sajd, irid jinghad illi l-Oppozizzjoni ma qed toffri xejn gdid ghall-futur tal-bdiewa Maltin, anzi fil-pjan taghha hemm dozi qawwija ta' perikli godda ghall-biedja. Dawn il-perikli jinkludu:-
- Tnehhija tal-levies fuq l-importazzjoni tal-prodotti bla alternattiva ghall-protezzjoni mehtiega jew kumpens xieraq.
- Ghoti ta' plots ghall-bini li tfisser li jittiehed aktar raba' bhal ma kien sar bil-'Building Development Areas'.
- Jergghu jidhlu d-dazji fuq l-importazzjoni li tfisser li l-bexx jerga jibda jhallas id-dazju li tnehha minn din l-Amministrazzjoni.
Minn naha l-ohra l-politika tal-Gvern ghall-Biedja u Sajd toffri aktar investiment f'dan is-settur, jigifieri
- Self issussidjat ghal investiment mill-bdiewa u sajjieda.
- Aktar toroq fir-raba' jigu rrangati.
- Tishih tal-kompjuterizazzjoni u tal-facilitajiet fil-pitkalija.
- Tishih ta' l-"Extension Service" li kien qered Gvern Laburista.
- Bini mill-gdid ta' l-esportazzjoni ta' prodotti bit-twaqqif ta' l-'Export Marketing Fund'.
- Provvista ta' aktar ilma lill-bdiewa permezz ta' tindif tal-widien fil-Wied tal-Fiddien bil-ghajnuna tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta, u permezz ta' bini ta' impjanti ghat-tisfija tad-drenagg skond il-'master plan' tad-drenagg.
Il-politika ta' l-Amministrazzjoni prezenti fil-qasam ta' l-Agrikoltura matul dawn l-ahhar snin tat il-frott billi zdiedet il-produzzjoni b'mod sostanzjali kif juru dawn il-fatti:
- Il-produzzjoni tal-halib zdiedet minn 6,717,146-il gallun fl-1986 ghal 8,755,476 -il gallun fl-1995 - zieda ta' 30%.
- Il-produzzjoni tal-majjal zdiedet minn 7,334-il tunnellata fl-1986 ghal 8,502-il tunnellata fl-1995 - zieda ta' 16%.
- Il-produzzjoni tad-dulliegh zdiedet minn 319-il tunnellata fl-1986/87 ghal 2,671-il tunnellata fl-1995 - zieda ta' 720%.
- Il-bejgh tal-prodotti mill-pitkalija zdied minn 30,233-il tunnellata fl-1986 b'valur ta' Lm 4.5 miljun ghal 36,160-il tunellata fl-1995 b'valur ta' Lm 6.2 miljun - zieda ta' 20% fil-kwantita' u ta' 38% fil-valur.
Ghaldaqstant il-programm tal-Gvern prezenti huwa l-garanzija ghall-izvilupp futur tal-biedja f'Malta u Ghawdex u ghall-opportunitajiet kbar li jinholqu ghall-bdiewa Maltin u Ghawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901