Stqarrija tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jirreferi ghall-istqarrija mahruga l-bierah mill-Onor Evarist Bartolo, kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni. Din l-istqarrija tista' tkun intiza biex tallarma bla bzonn lill-pubbliku in generali billi taghti l-impressjoni li hemm xi krizi fl-iskejjel tal-Gvern.
L-istqarrija taghmel akkuzi generici li fil-fatt ma jirriflettux il-verita' tal-fatti apparti erba' allegazzjonijiet specifici, cioe':
- Il-kwestjoni ta' spazju fl-iskola ta' San Pawl il-Bahar li kif jaf kulhadd, minbarra s-Sur Bartolo, ittaffiet wara li ttiehdu passi biex id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni hadet xi kmamar fl-iskola li kienu qed jintuzaw mid-Divizjoni tas-Sahha. Apparti dan diga' thejjew il-pjanti mehtiega li jwasslu ghat-tkabbir ta' l-iskola biex ix-xoghol ikun jista' jibda fi zmien qasir u fil-fatt saret applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ikunu jistghu jigu approvati l-pjanti.
- Allegazzjoni esagerata dwar nuqqas ta' spazju fl-iskola ta' l-Imgarr, li kif jaf kulhadd, minbarra s-Sur Bartolo, dwar dan qed jithejjew pjani biex titkabbar.
- Ripetizzjoni tal-gidba illi l-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku kienet ghazlet il-Kindergarten Assistants ghal tfal bi bzonnijiet specjali u li huwa l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li kien ghadu ma baghatx ghalihom. Irridu nghidu li ghalkemm ir-rizultat ghadu mhux ippubblikat, u wara li kien gie verifikat zball genwin mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, id-Divizjoni issa hija f'pozizzjoni u awtorizzata li tibda timpjega b'mod temporanju numru ta' Kindergarten Assistants.
- Kuntrarjament ghal dak li ntqal fl-istqarrija n-nuqqas tal-ghalliema fid-diversi skejjel huwa wiehed minimu - hafna drabi kkawzat minn ghalliema li rrezenjaw, maternity jew parental leave jew li ma accettawx xoghol mal-Gvern fl-ewwel granet tas-sena skolastika.
Il-weghda dwar x'se jaghmel il-Partit fl-Oppozizzjoni kieku kellu jkun fil-Gvern hija biss l-istess paroli fiergha li issa kulhadd dara jistenna minn ghand il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni ghall-edukazzjoni li ma hu qed joffri ebda proposta konkreta dwar dak li jghid li hemm bzonn isir fil-qasam ta' l-edukazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901