Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Louis Deguara
PR1576
07/10/1996
| Iz-zewg kelliema ta' l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha, l-Prof. Edwin | Grech u Dr. Louis Buhagiar ghogobhom iwiegbu ghad-diskors li ghamel il-Prim Ministru fil-Konferenza Stampa dwar is-Sahha. Ta` min jinnota b'sodisfazzjon li dawn bl-ebda mod ma kkritikaw kliem il-Prim Ministru fejn qal li s-servizzi fl-Isptar San Luqa huma ta`livell gholi u ta` eccellenza. Il-kelliema ma setghux imaqdru id-dedikazzjoni ta` l-istaff kollu u l-kura specjalizzata li dan l-isptar qed jipprovdi anke f'operazzjonijiet li sa ftit xhur ilu qatt hadd ma immagina li jsiru fih. Dan seta` jsir biss bis-sahha tad-decizjonijiet u ppjanar ghaqli li ha il-Gvern u l-pjani li sawwar ghall-futur f'dan is-settur. |
| Il-kelliema semmew il-waiting lists. Kull tabib li serva | barra minn Malta inkluz il-Prof. Grech, u kull pazjent li kellu bzonn xi kura hemm jafu tajjeb kemm fi sptarijiet generali dejjem ikun hemm waiting lists. Ahna kburin li l-waiting lists fl-Isptar San Luqa huma wisq iqsar. Il-pubbliku jista` jserrah rasu li l-kazi urgenti kollha jigu ttrattati minnufih. |
| L-istqarrija tmaqdar biss l-aspetti ta` hotel services ta` | sptar li nbena aktar minn 60 sena ilu. Kien dan il-Gvern li ta bidu ghal programm shih ta` rinnovament vast f'dan l-isptar - programm imqassam f'diversi fazijiet minghajr ma jtellef l-ebda servizz li jinghata. |
| Jidher li l-litanija tas-soltu qed tigi ripetuta minghajr ma hadu | in konsiderazzjoni t-titjib konsiderevoli li sar fil-hotel services fis-snin u x-xhur li ghaddew. Ma semmewx ir-riforma kbira li saret fil-hospital linen services, fil-programm ta` tindif u fir-riforma ta` management u komputerizzazzjoni tas-servizzi farmacewtici tal-Gvern li bdew jaghtu rizultati effettivi. Lanqas ma semmew il-bini ta` sptar gdid li fi ftit snin ser jiehu servizzi specjalizzati u b'hekk tittaffa ferm il-kongestjoni f'San Luqa bhala l-uniku sptar generali f'Malta. |
| L-akkuza dwar riskju ta` kontaminazzjoni ta` ikel fl-isptar tista' | tkun attentat biex tallarma lill-pubbliku u ezercizzju ta` mizinformazzjoni ghal skopijiet politici. |
| Fil-kcina qed isir xoghol ta` upgrading kontinwu fl-apparat | u fis-sistemi ta` preparazzjoni ta` ikel. L-incidenza tal-grieden kien biss kaz izolat meta nqalghet parti mill-art tal-kcina l-antika sakemm inbidlet is-sistema ta` drains. Zgur mhux kif qalu l-kelliema ta' l-Oppozizzjoni li hemm xi problema li mhix taht kontroll. |
| Iz-zewg kelliema donnhom insew it-tbatija kbira tal-poplu Malti | matul il-glieda mat-tobba fl-Isptar San Luqa kif jistghu jixhdu z-zewg kelliema li t-tnejn kienu jahdmu fl-isptar dak iz-zmien. |
| Il-kritika allarmanti tal-Prof. Grech u Dr Buhagiar ma tirriflettix | ir-rizultati tal-customer care surveys li qed isiru minn fost il-pubbliku li juza s-servizzi tas-sahha u li jesperjenza l-kura u l-faciltajiet li qed joffri l-isptar. Kellu ragun il-Prim Minisru meta fil-Konferenza Stampa qal li min jikkritika is-servizzi tas-sahha zgur li ilu ma jidhol fl-isptar San Luqa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901