Left arrow Mur Lura

Zjara mill-Professur Franco Barberi, Sotto-Segretarju ghall-Protezzjoni Civili fil-Gvern Taljan

PR1560
Date Icon 04/10/1996
Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg, li hu responsabbli wkollmill-Protezzzjoni Civili, ltaqa' mad-Delegazzjoni Taljana mmexxija mill-Professur Franco Barberi, is-Sotto Segretarju ghall-Protezzjoni Civili, rigward l-ghajnuna u l-koperazzjoni li l-Gvern Taljan se jkompli jaghti lil Malta ghall-progett tal-Protezzjoni Civili b'risultat tar-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja.
Il-laqgha mad-Delegazzjoni Taljana, li kienet kompostamill-Professur Franco Barberi, mill-Ministru Plenpotenzjarju Salvatore Zotta, Tenente Generale Umberto Pelizzola, Ing. Fabrizio Ruggiero u Dott. Paolo Farniti, saret fil-Forti Sant Iermu.
In-naha Maltija kienet komposta minn Dr Tonio Borg, is-Sur LouisCilia Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Intern, is-Sur George Grech, Kummmissarju tal-Pulizija, il-Kurunell Rupert Montanaro, Deputat Kmandant tal-Forzi Armati, il-Perit Vincent Cassar, Direttur Generali tax-Xoghlijiet Pubblici, is-Sur Joe Briffa mill-Ministeru tal-Finanzi u s-Sur Joe Micallef ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Il-Ministru Tonio Borg qal li f'Settembru 1995 kien iltaqamal-Professur Barberi fejn gie deciz li tibda' tiltaqa' l-Kummissjoni Mista bejn Malta u l-Italja dwar l-Protezzjoni Civili biex thejji progetti ta'kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi f'dan ir-rigward. L-ghajnuna bil-fatti li diga nghatat lil Malta mill-Gvern Taljan kien risultat ta' din il-laqgha.
Taht dan il-Protokoll il-Gvern Taljan diga pprovda ghajnuna fuqil-progett tal-Master Plan ghall-Malta dwar il-Protezzjoni Civili minn konsorzju specjalizzat Taljan u l-ghoti tat-tliet Fire Engines mghammra bl-aktar apparat sofistikat u modern biex jilqghu ghal kwalunkwe emergenza ta' tifi tan-nar, inkluz dik ta' salvatagg. Fil-progetti godda fuq perjodu ta' erba' snin li jibdew mill-1997 sas-sena 2000, hemm mahsub ghajnuna estensiva li tinkludi fost affarijiet ohra l-holqien ta 'Operations Centre' gdid fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, ghoti ta' vapuri ta' tifi tan-nar li jinkludu salvatagg fuq il-bahar u biex jilqghu kontra l-kontaminazzjoni fl-ibhra, it-tkomplija ta' ghoti ta' aktar apparat biex is-sezzjoni tat-tifi tan-nar fuq l-art tkompli tigi msahha, tizdied fl-apparat li ghandha l-Armata f'dak li jirrigwarda 'Control Radar Surveillance' u ghoti ta' materjal li ghandu x'jaqsam mall-Protezzjoni Civili biex jilqghu ghall-kazijiet ta' emergenza u disastri li jistghu jinqalghu minn zmien ghal zmien fil-pajjiz.
Hemm ukoll il-hsieb li jsiru ezercizzji ta' salvatagg fuq l-art ufuq il-bahar bejn iz-zewg Gvernijiet appena titlesta l-Master Plan tal-Protezzjoni Civili ghal Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow