Left arrow Go Back

Titjib kbir fis-servizz tas-sahha

PR1559
Date Icon 04/10/1996
Bla dubju ta' xejn l-ikbar progett li sar fil-qasam tas-Sahhaf'dawn l-ahhar 22 sena, jigifieri minn meta tlesta l-Isptar Generali, kien il-bini ta' dan l-isptar gdid b'apparat l-aktar modern u avvanzat. Dan qalu Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex, meta zar l-isptar il-gdid li kien gie inawgurat mill-Prim Ministru fis-17 ta' Dicembru 1994. Dan l-isptar li sewa mal-Lm1,800,000 ghandu diversi facilitajiet u servizzi f'taqsima ghal kura ta' pazjenti b'mard mentali u f'taqsima ohra ghall-anzjani rgiel. Il-Ministru zar din it-taqsima ta' l-anzjani fil-jum iddedikat lilhom. Huwa qal li l-anzjani llum qed ighixu f'ambjent hafna ahjar minn qabel. Huwa zied ighid li dan l-isptar il-gdid mhux biss huwa xhieda ohra ta' l-impenn qawwi tal-Gvern li jtejjeb is-servizzi tas-Sahha f'Ghawdex izda wkoll juri d-differenza kbira li twettqet f'dan il-qasam.
Il-Ministru Tabone spjega kif illum fl-isptarijiet ta' Ghawdex qedjinghataw aktar servizzi b'aktar efficjenza. Huwa semma l-mijiet ta' operazzjonijiet li qed isiru kull sena llum fl-ortopedija, l-ghajnejn u l-ENT li ma kinux isiru qabel. Semma wkoll l-eluf ta' ezamijiet ta' ultrasound, ta' sessjonijiet ta' occupational therapy, ta' testijiet ta' stress ECG u ta' echocardiagrams li qed isiru llum u qabel ma kinux l-anqas isiru. Huwa fakkar ukoll fil-ftuh tas-CCU f'Dicembru 1989 li f'dawn is-7 snin salvat il-hajja ta' hafna mit-2700 pazjent li nghataw kura fiha. Huwa semma wkoll il-fatt importanti li issa f'Ghawdex twaqqaf Pacemaker Clinic u bdew isiru "Permanent Pacemakers insertion".
Dawn is-servizzi godda kienu possibbli ghax inxtara apparat gdid ughax kien hemm mhux biss zieda sostanzjali fl-istaff paramediku bhalma huma infermiera izda wkoll zieda ta' specjalisti residenti.
Il-Ministru Tabone qassam hampers lill-anzjani u awguralhom hajjatwila ta' sliem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow