Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani dwar l-edukazzjoni ta' persuni b'dizabilita'
PR1545
03/10/1996
| L-Istqarrija li hareg il-bierah il-Kelliem Ewlieni dwar l-Edukazzjoni | tal-MLP, is-Sur Evarist Bartolo dwar tfal bi bzonnijiet specjali hija ntiza biss biex tohloq allarm fost il-pubbliku f'qasam ta' l-Edukazzjoni li ghandu jkun 'il fuq mill-politika partigjana. Dan sar b'allegazzjonijiet li huma 'l boghod mill-verita'. |
| Qabel xejn irid jinghad li kien proprju dan il-Gvern li beda s-servizz | ta' Kindergarten Assistants li jaghmlu xoghol ta' "facilitators" ma' tfal bi bzonnijiet specjali. Dan il-Gvern ha hsieb ukoll biex ghall-ewwel darba f'Malta l-Universita' torganizza kors ta' tahrig professjonali f'"inclusive education' ghal "facilitators". Kien dan il-Gvern ukoll li beda jissussidja programmi ghal tfal b'dizabilita' organizzati mill-Fondazzjoni Eden. |
| Is-servizz ghal tfal b'dizabilita' inbeda fl-1988 u llum hemm 170 | Kindergarten Assistants ma' dawn it-tfal. In-numru ta' tfal li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz fl-iskejjel "mainstream" tal-Gvern huwa ta' aktar minn 350. Dan is-servizz kompla mbaghad jikber billi l-Gvern qed jissussidja Kindergarten Assistants li jahdmu bhala "facilitators" ma' tfal bi bzonnijiet specjali anki fi skejjel tal-Knisja u qed jikkunsidra attivament li jkompli jestendi dan is-servizz sahansitra ghal tfal fi skejjel privati l-ohra. Dan ghadu mhux possibbli peress li fil-pajjiz ghad m'ghandniex bizzejjed "facilitators" imharrga biex jissodisfa t-talbiet dejjem jikbru tal-genituri. Fil-fatt in-numru ta' tfal bi bzonnijiet specjali fi skejjel tal-Gvern li fil-bidu ta' din is-sena skolastika ghad m'ghandhomx Kindergarten Assistant huwa wiehed relattivament zghir - inqas minn 10 fil-mija minn total ta' aktar minn 400 tifel u tifla li qed jiehdu dan is-servizz. |
| Kuntrarjament ghal dak li allega is-Sur Bartolo, ir-raguni ghal dan | in-nuqqas hi li l-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku ghadha m'approvatx ir-rizultati ta' l-interviews ghal dawn il-Kindergarten Assistants. Hu ttamat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tkun f'posizzjoni li tibda timpjega dawn il-Kindergarten Assistants fi zmien qasir. Sadanittant is-sezzjoni nkarigata mill-Kindergarten Assistants ma baqghetx b'idejha fuq zaqqha tistenna r-rizultat izda bdiet timla' l-postijiet vakanti b'mod temporanju bil-Kindergarten Assistants li gew impjegati ma' tfal normali u dan sakemm il-Kindergarten Assistants l-ohra jiehdu l-hatra taghhom. |
| Il-fatti mghawga dwar il-Kindergarten Assistants ma' tfal bi | bzonnijiet specjali ma kienux bizzejjed ghas-Sur Bartolo ghax fl-istqarrija tieghu irrefera wkoll ghal dawk il-persuni bi bzonnijiet specjali li jattendu x-"Sheltered Workshops" wara li jattendu l-iskejjel specjali sa ma jaghlqu t-18-il sena. In-numru ta' dawn kiber gmielu f'dawn l-ahhar snin u f'dan il-mument dawk li jaghlqu t-18-il sena ma jistghux jintbaghtu kollha f'dawn il-Workshops immedjatament. Fl-istess hin dawn ma ghandhomx jibqghu jattendu l-iskola ghal ghomorhom ma' tfal hafna izghar minnhom. Sar hafna xoghol f'dan ir-rigward b'koperazzjoni mal-Ministeru ta' l-Izvilupp Socjali apparti progett imniedi mill-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u t-Tahrig li se jkun inawgurat fi ftit granet ohra u li jaghti lil dawn iz-zghazagh motivazzjoni u possibilta' ta' tahrig biex ikunu jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol. |
| Certament ebda nifs gdid lill-edukazzjoni tal-persuni b'dizabilita' | ma jista' jinkiseb b'akkuzi bla bazi jew banali bhal dik li l-Ministru Falzon aktar mohhu fil-kampanja elettorali milli fil-gid ta' dawn it-tfal. |
| Is-serjeta' ta' min qed jaspira li xi darba jkun Ministru ta' l-Edukazzjoni | titlob mod iehor. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901