Left arrow Mur Lura

Il-qaghda fil-Qrati tal-Gustizzja

PR1524
Date Icon 01/10/1996
Il-Ministru tal-Gustizzja u Kultura l-Onor Michael Refalo jirreferighad-diskorsi li l-Prim Imhallef u l-President tal-Kamra tal-Avukati ghamlu waqt ic-cerimonja tal-ftuh tas-Sena Forensi li saret dalghodu.
Il-Ministru Refalo jistqarr li dak li ntqal kien ta' sodisfazzjonpersonali ghalih kif ukoll ghall-Gvern ghax kien ifisser apprezzament ta' kulhadd li l-qaghda fil-Qrati kienet sejra ghall-ahjar. Qal ukoll li l-problemi li semmew l-Onor. Prim Imhallef u l-Professur Cremona kienu veri u reali "daqshekk veru wkoll li f'dawn iz-zminijiet indirizzajna l-hidma taghna kollha biex insibu soluzzjonijiet li jaqdu l-htigijiet sew f'medda ta' zmien qasir kif ukoll ghat-tul."
Il-Ministru semma li qed isir uzu b'aktar sens ta' l-ispazjufil-bini tal-Qrati b'mod li naqset il-kongestjoni. Tribunali li ma kellhomx x'jaqsmu mal-process gudizzjarju m' ghadhomx jiltaqghu fil-bini tal-Qorti. Fl-istess zmien gew spezzjonati djar fil-qalba tal-Belt Valletta bil-ghan li dawn jigu mghammra u utilizzati biex jaqdu htigijiet sew gudizzjari kif ukoll kawzi gudizzjarji.
Wara li fakkar li l-karigi fil-gudikatura u fl-amministrazzjonigholja tal-Qrati huma kollha mimlija kif ukoll li ilu zmien li bdiet hidma biex kull post battal jimtela', il-Ministru stieden lill-Kamra ta' l-Avukati tressaq il-proposti li ghandha dwar metodi godda ta' reklutagg u emendi ghal-ligijiet tal-procedura. "Meta jaslu ghandi lest nikkonsidrahom."
Il-Ministru Refalo temm ighid li d-diskorsi ta' dalghodu humakonferma cara li qed isir titjib fil-Qrati u dan igiddeb l-istqarrijiet ta' dawk li jsemmu biss in-nuqqasijiet minghajr qatt joffru xi soluzzjoni prattika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow