Left arrow Mur Lura

Wirja tal-Informatika ghall-Iskejjel Primarji Ghawdxin

PR1523
Date Icon 01/10/1996
F' dawn l-ahhar tmien snin gie rregistrat progress kbir fil-qasamtal-Edukazzjoni f' Ghawdex. Bl-intoduzzjoni ta' suggetti u korsijiet godda fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji kiber in-numru ta' studenti u wkoll ta' l-ghalliema. Fil-fatt fil-prezent in-numru ta' ghalliema huwa d-doppju ta' dak li kien fis-sena 1987. Tlett mija u hamsin student Ghawdxi qed jsegwu l-edukazzjoni terzjarja fl-Universita' filwaqt li 187 qed jattendu korsijiet tal-BA, Diploma jew Apprendistat kemm fic-Centru tal-Universita' f' Ghawdex kif ukoll f' istituzzjonijiet edukattivi ohra. Fil-bidu ta' din is-sena skolastika l-iskejjel fethu bl-ghalliema u bil-facilitajiet kollha mehtiega. Ghalhekk Ghawdex jista' jitqies bhala l-ewwel regjun fil-gzejjer Maltin li l-ghalliema kollha huma mharrga professjonalment. Dan qalu l-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone meta inawgura l-wirja tal-Informatika li tifforma parti mill-progett tal-Informatika ghall-iskejjel Primarji Maltin u Ghawdxin.
Ghawdex jifforma parti minn dan il-progett, tant li Lm 2 miljunigew vvutati sa mill-bidunett ghal dan il-ghan. Dan jixhed l-impenn tal-Gvern li Ghawdex jitpogga fuq livell nazzjonali f'kull qasam, inkluz dak dwar l-edukazzjoni. L-iskejjel Primarji ta' Ghawdex huma attrezzati bil-komjuters u l-ghamara necessarja u mill-bidu tas-sena skolastika, 15-il klassi bl-istudenti tal-ewwel sena qeghdin jigu mharrga f' dan il-qasam.
Matul is-sajf l-ghalliema Ghawdxin ukoll bhal shabhom il-Maltinsegwew kors ta' tahrig fic-Centru tas-Swatar u dan il-process ser ikompli matul din is-sena skolastika sabiex ghalliema ohra jigu mharrga ghat-tieni sena tal-Iskola Primarja. L-ghalliema mhux ser ighallmu l-kompjuters bhala suggett, izda ser juzawh bhala zieda mal-ghodda li diga ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom. Huwa mahsub illi fil-futur qarib jigi mwaqqaf ukoll centru tal-Informatika f' Ghawdex ghat-tahrig ta' l-ghalliema f' Ghawdex stess.
F'din l-okkazzjoni tkellmu wkoll is-Sur F Fearne, Direttur Generalital-Edukazzjoni, is-Sur H Mercieca, Assistent Direttur ghal Ghawdex, is-Sur Paul Galea, Ufficcjal Edukattiv fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow