Attivita' fil-Jum Dinji ta' l-Anzjani
PR1520
01/10/1996
| Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta' l-Anzjani, s-Segretarju Parlamentari | ghall-Anzjani, Dr Antoine Mifsud Bonnici, akkumpanjat mic-Chairman tal-Korporazzjoni Telemalta, is-Sur John Camilleri, zar lill-koppja anzjana minn Hal Ghaxaq, Amabile u Paolina Borg li inzertaw kienu l-5000 applikant ghas-servizz tat-Telecare. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici filwaqt li ferah | lill-koppja, awgura li aktar anzjani jithajru jibdew jaghmlu uzu minn dan is-servizz utli. Huwa qal li r-rispons ta' l-anzjani ghal dan is-servizz huwa tajjeb hafna tant li n-numru ta' applikazzjonijiet ghalih zdied b'rata qawwija, l-aktar mill-bidu ta' din is-sena. Dan hu attribwit l-aktar ghal koncessjoni li tat il-Korporazzjoni Telemalta lil numru ta' abbonati tat-Telecare, numru li jlahhaq mad-900. Huwa kompla jghid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jtejjeb is-servizz, tant li fil-programm elettorali tieghu, l-istess Partit fil-Gvern qieghed iwieghed li jaggorna s-sistema tat-Telecare b'mod li fiha tidhol sistema li taghti l-allarm f'kazi ta' hruq jew serq u sservi ta' kontroll li jkunu nghataw servizzi ohra bhal Meals on Wheels, Home Help Care u l-bqija. |
| Aktar qabel is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici pprezenta | lill-koppja b'hamper filwaqt li s-Sur Camilleri pprezentalhom Telecard u sett tar-radju. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891