Left arrow Go Back

Nefqa ta' Lm2.7 miljun mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta

PR1519
Date Icon 01/10/1996
Kemm ilu jiffunzjona mill-1988 'l hawn, il-Progettghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta nefaq madwar Lm2.7 miljun li parti sostanzjali minnhom marret fuq progetti ta' restawr u manutenzjoni ta' bini u wirt iehor storiku.
Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech metadalghodu zar il-Knisja ta' Sarria, fil-Floriana , waqt li kienet qed titqieghed f'postha pittura ta' Mattia Preti li ghadha kif giet restawrata mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.
Ir-restawr tal-pittura, li turi lil San Nikola, sar minn GodwinCutajar, restawratur Ghawdxi minn Fontana, li studja din l-arti fl-Italja, b'mod partikulari fl-Istituto Italiano Arte, Artigianato e Restauro u fl-Istituto Centrale del Restauro ta' Ruma kif ukoll fl-Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato.
Bhalissa qed tkun restawrata pittura ohra ta' Mattia Preti, litinsab fl-istess knisja u li turi lil San Bastjan.
Il-Ministru Zammit Dimech semma l-fatt li issa anki l-Florianabdiet tgawdi mill-vot li l-Gvern jghaddi kull sena lill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta(VRP), li minn din is-sena firex il-hidma tieghu wkoll fil-Floriana.
Filwaqt li fahhar il-kooperazzjoni shiha li tezisti bejn il-VRP ul-Kunsilli Lokali tal-Floriana, il-Ministru Zammit Dimech semma li diga' qed ikunu ippjanati diversi progetti ghall-Floriana, fosthom gnien hdejn il-qasam tad-djar ta' Pjazza Sir Luigi Preziosi u l-progett biex tinghata dehra gdida u isbah lill-gnien King George V.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow