Left arrow Mur Lura

L-Onor. Antoine Mifsud Bonnici izur Djar ta' l-Anzjani fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta' l-Anzjani

PR1511
Date Icon 30/09/1996
Kabinett gdid se jsib quddiemu proposta biex is-Segretarjatghall-Anzjani jissieheb mas-Settur privat halli jitkattru l-postijiet fid-djar ta' l-anzjani. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani t-Tabib Antoine Mifsud Bonnici meta dalghodu kien qieghed idur tlitt idjar ta' l-anzjani bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Jum Dinji ta' l-Anzjani. Dawn it-tlitt idjar huma d-Dar tal-Mosta mmexxija mill-gvern, Casa Arkati mmexxija minn Health Care Services Ltd u Little Sisters of the Poor fil-Hamrun immexxija mill-Knisja.
Meta kien qieghed jitkellem fid-Dar tal-Gvern fil-Mosta Dr MifsudBonnici qal li fil-Programm Elettorali tieghu l-Partit fil-Gvern kkommetta ruhu li wara l-elezzjoni li jmiss fid-djar tieghu se jissahhah is-servizz ta' kura li jinghata lill-anzjani f'dawn id-djar. Dan ifisser li anzjani b'certa dipendenza mhux se jkollhom ghalfejn jigu riferuti ghal San Vincenz de Paule malli ma jibqghux f'sahhithom. Ghal dan il-ghan se jigu reklutati Care Workers biex jaghmlu dan ix-xoghol.
Meta kien qed jitkellem f'Casa Arkati Dr Mifsud Bonnici qal limatul din is-sena saret hidma minn kumitat fi hdan is-Segretarjat biex jigi preparat rapport dwar il-feasibility li l-Gvern jissieheb mal-Privat biex jitkattru l-postijiet fid-djar ta' l-anzjani. Dan ir-rapport gie riferut lill-cabinet biex eventwalment tinkiseb l-approvazzjoni tieghu.
F'Little sisters of the Poor is-Segretarju Parlamentari MifsudBonnici habbar li l-Gvern huwa kommess li flimkien mal-Knisja jinstab il-mod kif jigu meghjuna dawk id-djar taghha li jehtiegu l-ghajnuna biex jibqghu joperaw. Fil-fatt il-Knisja intalbet izzomm lill-Gvern aggornat bis-sitwazzjoni tad-djar taghha sabiex ikun f'pozizzjoni li jghinha. Il-Gvern jaf, kompla jghid Dr Mifsud Bonnici li jekk ma tinstabx soluzzjoni fl-iqasar zmien possibbli, il-problema tkompli tikber. Jekk jaghlqu xi djar tal-Knisja il-piz jaqa' kollu fuq il-Gvern u dan zgur li jfixxkel il-progress kbir li qed isir f'dan il-qasam.
Intant ic-celebrazzjonijiet tal-Jum Dinji ta' l-Anzjani se jkomplul-lejla meta se ssir ikla ghall-anzjani kollha residenti fid-Djar tal-Gvern fid-Day Centre taz-Zejtun. Ghaliha se jkun prezenti wkoll is-Segretarju parlamentari flimkien mas-Sinjura Mifsud Bonnici.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow