Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghal Ghawdex jipprezenta ghajnuna finanzjarja lit-Teatru Aurora

PR1509
Date Icon 30/09/1996
Hija politika tal-Gvern li l-isforzi tal-volontarjat jigu sostnutib'kull mezz possibbli. Il-Gvern huwa mpenjat li jinkoragixxi l-inizjattivi ta' l-ghaqdiet voluntarji u mhux li jiehu r-rwol li dawn l-ghaqdiet ghandhom. Dan qalu Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex waqt zjara li ghamel fit-Teatru Aurora, fejn kienu qed isiru l-ahhar thejjijiet biex is-Sibt, 28 ta' Settembru tigi ipprezentata l-opra ta' Giacomo Puccini TOSCA.
Il-Ministeru ghal Ghawdex qed iwettaq politika li tohloqopportunitajiet lill-Ghawdxin biex jizviluppaw u jesprimu t-talenti artistici taghhom. Il-Ministeru qieghed fil-fatt jipprovdi ghajnuna u tahrig ghall-artisti u qieghed jimplimenta programm li jkabbar u jkattar l-interess fil-kultura u l-apprezzament taghha fost il-poplu.
Il-Ministru Tabone zied ighid li l-ghajnuna finanzjarja ughajnuniet ohra li l-Gvern jaghti lit-Teatri Ghawdxin ghall-organizzazzjoni u z-zamma ta' l-opri f'Ghawdex huma wkoll prova tar-rikonoxximent tal-Gvern tal-kontribut siewi tal-volontarjat ghat-tixrid tal-kultura. Huwa fahhar l-impenn ta' dawk kollha li jhabirku biex tkun tista' ssehh bicca xoghol hekk kbira fi gzira zghira. Il-Ministru Tabone qal li huwa fenomenu l-fatt li Ghawdex ghandu zewg teatri ta' l-opri u diversi swali teatrali ohra mferrxin fid-diversi rhula tieghu. Dan juri bl-iktar mod car il-gibda li l-Ghawdxin ghandhom ghall-kultura. Huwa ghalhekk li l-Ministeru ighin b'kull mezz biex ikompli jkabbar dan l-interess fost il-poplu.
Fl-ahhar erba' snin ta' opri f'Ghawdex il-Gvern ta Lm22,000 biexittellghu tmien opri lirici f'Ghawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow