Inawgurat f'Malta il-Beach Volley in Town
PR1504
30/09/1996
| F'Misrah il-Helsien, fil-Belt Valletta, saret l-ewwel attivita' ta' | beach volley in town li qatt saret fil-gzejjer Maltin. L-attivita' kienet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Richard Muscat, li hu responsabbli wkoll ghat-twettiq tal-programm Sport For All. |
| Waqt l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari qal, li l-ufficcju | tieghu kien dahal ghall-arrangamenti infrastrutturali tal-manifestazzjoni ghaliex hass li l-inizjattiva, mehuda mill-Malta University Sports Club, tinkwadra sewwa fil-programm Sport for All li ghandu l-ghan li jhajjar lil aktar nies jaghmlu l-isport. Is-Segretarju Parlamentari fakkar li ma kienx il-hsieb tal-Ministeru tal-Gustizzja u Kultura li jaghmel bilfors hu stess l-attivitajiet tal-programm Sport for All, imma xtaq li haddiehor ukoll jiehu inizjattivi li jigbdu lic-cittadin lejn l-isport. |
| "Fil-kaz partikolari tal-beachvolley in town," | spjega s-Segretarju Parlamentari, "ghidna iva lill-Malta University Sports Club biex nghinuhom fl-attivita' ta' Misrah il-Helsien ghaliex ridna ngibu l-ambjent ta' l-isport tal-bahar lejn l-ambjenti urbanistici ghaliex nafu li dan jghin lill-ibliet taghna jiehdu aktar hajja. |
| "Ridna wkoll naghtu daqqa ta' id lill-loghba tal-volleyball," | kompla s-Segretarju Parlamentari. "Nafu kemm hi popolari l-loghba tal-volleyball, u nafu wkoll kif infirxet ma' kullimkien il-popolarita' tal-beach volley li, skond xi awtoritajiet specjalizzati, hi l-aktar dixxiplina popolari fid-dinja," zied jghid is-Segretarju Parlamentari Muscat. |
| Is-Segretarju Parlamentari habbar li se jsiru attivitajiet bhal dik | tal-Belt Valletta f'inhawi ohrajn ukoll. "B'dan," qal is-Segretarju Parlamentari, "nittamaw li nilhqu wkoll skop iehor, dak li ninkoraggixxu dejjem aktar liz-zghazagh isibu aljenazzjoni lecita u onesta." |
| Fl-attivita' ta' Misrah il-Helsien hadu sehem sitt timijiet | iffurmati minn players tat-team nazzjonali tal-volleyball u minn membri tal-Malta University Sports Club. |
| Ghall-inawgurazzjoni tal-manifestazzjoni kienu prezenti s-Sinjuri | Colin Tabone u Simon Agius, President u Segretarju Generali tal-Malta Volley Association. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891