Left arrow Go Back

Xoghlijiet li qed isiru fil-Qorti

PR1491
Date Icon 27/09/1996
Fil-granet li gejjin mistennija jitlestew diversi xoghlijietfil-Qorti inkluz xoghol ta' tibjid, lostru, tiswijiet u titjib fis-sistema tad-dawl, tqeghid ta' rham gdid u tindifa generali inkluz il-faccata tal-bini tal-Qorti mill-hmieg tal-hamiem.
Fi stqarrija ghall-istampa, il-kelliemi Ewlieni Laburistaghall-Gustizzja, filwaqt li rrikonoxxa li d-dehra tal-Qorti hija importanti u li huwa tajjeb li jsiru dawn ix-xoghlijiet, ikkritika l-fatt li din il-hidma qed issir issa.
Dawn ix-xoghlijiet bdew isiru f'nofs Awissu immedjatament wara lil-haddiema tal-kuntrattur dahlu lura ix-xoghol mill-vaganzi tas-sajf. Il-kelliemi Laburista jaf li kuntrarju ghal dak li jsir fis-settur privat, dipartimenti governattivi jridu jsegwu procedura amministrattiva qabel jibdew certu xoghlijiet. Dan kollu sar biex ix-xoghlijiet setghu jibdew minnufih.
Fil-fatt ix-xoghlijiet kollha fl-Awli u fil-kuriduri tal-Qorti sajkunu tlestew sal-1 ta' Ottubru li gej meta ser tigi inawgurata s-Sena Forensi.
Ix-xoghlijiet gew programmati b'mod li ma jostakolawx il-hidmafil-Qrati. Kuntrarju ghal dak li ntqal, l-amministrazzjoni tal-Qorti ma taf bl-ebda Magistrat li kkancella s-seduta minhabba dawn ix-xoghlijiet jew inkella li xi awli ma setghux jiffunzjonaw. Ix-xoghol fl-awli sar bil-kooperazzjoni shiha tal-membri tal-Gudikatura.
Illum il-gurnata fl-awli u fis-sigrieti taghhom il-membrital-Gudikatura computers ghandhom u mhux typewriters. Il-programm ta' kompjuterizzazjoni fil-Qorti jinsab fi stadju avvanzat. Minbarra s-sistema tal-Cortex li permezz taghha wiehed jista' jfittex permezz tal-computers processi shah ta' kawzi civili, fil-granet li gejjin ser tigi ntrodotta s-sistema ta' djarju bil-computer biex jigu organizzati ahjar is-seduti tal-Qorti u specjalment biex jigi evitat li avukat ikollu aktar minn kawza wahda fl-istess hin f'awli differenti b'inkonvenjenti ghall-klijenti.
Rigward l-uzu ta' l-ispazju fil-bini tal-Qorti, l-amministrazzjonidejjem tesplora kull possiblita' biex taghmel l-ahjar uzu mill-ispazju ezistenti filwaqt li izzomm quddiem ghajnejha l-interessi u l-htigijiet ta' aktar minn tlett mitt impjegat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow