Left arrow Go Back

Il-Ministru Anton Tabone jzur ix-xoghlijiet fil-Gozo Stadium

PR1488
Date Icon 26/09/1996
Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone zar il-kumpless tal-GozoStadium fejn bhalissa qed isiru xoghlijiet sabiex ikompli joghla l-livell ta' dan il-kumpless.
Il-Ministru Tabone gie mdawwar mal-post mill-President tal-GozoFootball Association Chris Said, biex isegwi x-xoghol li qed isir fil-pitch tal-Gozo Stadium ta' zriegh ghal dan l-istagun, wara li matul ix-xhur tas-Sajf sar xoghol estensiv biex il-kundizzjoni tal-pitch titjieb. Fost l-ohrajn l-Gozo FA impurtat ammont ta' ramel minn Ruma sabiex issir sistem gdida ta' "drainage" u jittranga l-wicc tal-pitch liema xoghol irid isir kull sentejn.
Il-Ministru ghal Ghawdex ra wkoll ix-xoghol li sar fuq il-progetttal-pitch 5-a-side bil-haxix, liema progett wasal fl-ahhar fazi tieghu u mistenni jkun lest biex jibda jintuza fi zmien tlett gimghat ohra. Dan il-pitch ser jintuza sabiex isiru Kompetizzjonijiet tal-5-a-side minn nofs Ottubru li gej u wkoll ghat-tahrig tal-Clubs Ghawdxin.
Fl-istess zjara l-Ministru Tabone kellu l-okkazzjoni jaral-progress li sar fix-xoghol li ghaddej fil-bini ta' blokk amministrattiv gdid tal-Gozo Football Association li qed jinbena magenb l-istess Gozo Stadium. Il-kostruzzjoni ta' dan il-blokk riesqa lejn it-tmiem u fi zmien ftit gimghat ohra l-Gozo FA jkollha post mill-aktar modern minn fejn tmexxi l-organizzazzjoni taghha.
Fi tmiem iz-zjara tieghu l-President tal-Gozo Football Associationrringrazzja lill-Ministru Tabone tal-ghajnuna kbira li l-Assoccjazzjoni rceviet minn ghand il-Ministeru sabiex jkun jista' jsir dan ix-xoghol kollu. Minn naha tieghu l-Ministru Tabone rringrazzja lill-haddiema ghax-xoghol siewi taghhom u zgura lill-Gozo Football Association aktar ghajnuna fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow