Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghal Ghawdex izur ic-Centru tal-Fondazzjoni EDEN

PR1460
Date Icon 23/09/1996
Bhala parti mix-xoghol ta' ristrutturizazzjoni tac-Centrutal-Fondazzjoni Eden f'Ghawdex, bhalissa qed isir xoghol fuq il-kantina u l-gnien tac-Centru mill-haddiema tal-'Construction and Maintenance Unit' (CMU) fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex biex dawn jintuzaw bhala 'workshop' ghall-adulti li jippartecipaw fil-programmi tal-Fondazzjoni Eden u bhala 'play area' ghall-membri rispettivament.
Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex, zar ic-Centrutal-Fondazzjoni Eden li jinsab f'Ghajnsielem fejn segwa programmi li fihom kienu qed jippartecipaw diversi gruppi ta' tfal u adulti b'dizabilita'. L-iskop ewlieni tal-Fondazzjoni Eden hu li taghti edukazzjoni specjalizzata u adattata lit-tfal u adulti b'dizabilita' biex fl-ahhar ikunu jistghu jintegraw rwiehhom fis-sistema edukattiva fl-iskejjel jew isibu post tax-xoghol.
Minn meta kienet inawgurata l-Fondazzjoni Eden f'Ghawdex f'April ta'l-1994, il-Ministeru ghal Ghawdex ghen lill-Fondazzjoni f'diversi modi, fosthom b'xoghlijiet ta' thaffir, tnehhija ta' materjal u tibjid fic-Centru tal-Fondazzjoni mill-haddiema tas-CMU.
Barra minnhekk thallsu wkoll l-ispejjez ta' l-aperturi ta' l-aluminjuli lahqu s-somma ta' madwar Lm800 filwaqt li ntlahaq ukoll ftehim mal-Ministeru ghal Ghawdex biex jinghata s-servizz ta' Casual Social Assistant fic-Centru tal-Fondazzjoni ghal 15-il siegha fil-gimgha.
Bhalissa l-Fondazzjoni Eden f'Ghawdex toffri tliet programmiseparati: wiehed ghat-tfal ta' taht is-sitt snin, li fih qed jiehdu sehem zewgt itfal li mistennija jizdiedu ghal hamsa fil-futur qrib; iehor ghat-tfal bejn is-sitta u s-sittax-il sena, li fih qed jippartecipaw sitt persuni u mistennija tizdied persuna ohra; filwaqt li fil-programm ta' l-adulti qed jiehdu sehem erba' persuni u maghhom se jinghaqdu erba' persuni ohra.
Il-programmi tal-Fondazzjoni Eden jinkludu servizzi ta' diversiprofessjonisti fosthom, ghalliema, speech therapists, occupational therapists, psikologi, tobba u specjalisti. Ghall-adulti, bil-kollaborazzjoni tal-Korporazzjoni ghat-Tahrig u l-Impjiegi (ETC), jsir tahrig biex jitghalmu jghixu hajja indipendenti, billi jkollhom impjieg u jiehdu posthom fis-socjeta'.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow