Stqarrija mill-Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd dwar il-Bdiewa u l-Unjoni Ewropeja
PR1459
23/09/1996
| Ghal darba ohra meta l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, flimkien ma' tuzzana | kandidati tal-Partit tieghu ltaqa' ma' ftit bdiewa, fl-inhawi ta' Wied il-Ghajn, rega tkellem dwar l-Unjoni Ewropea. Ghal darba ohra rega harab milli jitkellem dwar x'inhu l-programm tieghu dwar is-settur agrikolu. Minflok, kompla juri l-isfiducja tieghu fis-settur agrikolu u rrepeta dak li qal diversi drabi, cioe' li hu kontra li Malta ssir membru shih ta' l-Unjoni Ewropea. Kien ikun ahjar ghalih li waqt li kien hemmhekk kien jispjega x'inhi l-politika tieghu dwar dan is-suggett. |
| Naturalment dan mhux importanti li jwettqu ghaliex l-Oppozizzjoni | taf li tigi meta tigi l-elezzjoni, hi ser tibqa fl-Oppozizzjoni, u ghalhekk l-istess Oppozizzjoni m'ghandhiex ghalfejn toqghod tiddiskuti l-proposti taghha. Minflok hu ferm importanti li tipprova tbezza' bil-programm ta' haddiehor biex forsi jirnexxilha ttellef xi ftit mill-fiducja li s-settur agrikolu ghandu fil-prezent u fil-futur. L-Oppozizzjoni dan tafu tajjeb, izda fl-ghamad taghha biex tnessi l-fatti pozittivi li ghaddejjin minnhom il-bdiewa Maltin titkellem b'mod mill-iktar negattiv fuq kull proposta li ghandu l-Gvern f'dan is-settur. |
| Izda l-bidwi Malti fl-intelligenza tieghu jaf meta wettaq passi ta' | ggant 'il quddiem.Il-bidwi Malti jaf li qatt daqs dawn l-ahhar disa' snin ma sar investiment tajjeb fl-agrikultura ta pajjizna. Il-bidwi Malti jiftakar li dan il-Gvern wettaq il-programm tieghu ta hidma fost il-bdiewa Maltin biex dawn ikunu f'pozizzjoni dejjem iktar vantaggjuza biex imexxu s-settur taghhom 'il quddiem. |
| Il-bdiewa Maltin jafu li matul id-disa' snin li ghaddew l-investiment | li wettaq il-Gvern fil-qasam agrikolu kien wiehed li permezz tieghu jkunu l-bdiewa li jimxu 'l quddiem. Ghall-kuntrarju, il-bdiewa Maltin jiftakru wkoll li fi zmien Gvern Socjalista l-investiment li twettaq mill-Gvern kien fi progetti ta' hela ta' flus bhal dawk ta' "Izra u Rabbi", li lanqas hadd jaf kemm swew flus lill-poplu Malti, izda li fl-istess hin ma rrendew xejn lill-bdiewa Maltin, u lanqas lill-pajjiz. |
| Il-bdiewa Maltin jafu li l-Partit Socjalista fil-Gvern qatghalhom | kull inizzjattiva li kellhom, ghaliex impona l-prezz fuq kull prodott li kienu qed ikabbru. Dan, il-bdiewa Maltin jiftakruh sewwa. Dan, il-bdiewa Maltin mhux ser jinsewh malajr.L-istess bhalma mhux ser jinsew li meta ppruvaw jiggieldu ghad-drittijiet taghhom flok sabu l-kooperazzjoni tal-Gvern, sabu lill-Gvern iheddidhom li jew icedu nkella jkissirhom bl-importazzjoni ta' prodotti agrikoli mill-istess Gvern. U fil-fatt l-istess Gvern Socjalista kien baghat lil min jixtri f'ismu prodotti agrikoli minn barra. |
| Minflok ibezza lill-bdiewa bid-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-bdiewa | jridu jkunu jafu kif ser ikunu jistghu jahdmu meta l-Partit Socjalista hu kontra l-beneficcji li ggib maghha l-Unjoni Ewropea, izda fl-istess hin qed ighid li jrid inehhi kull protezzjoni ta' levies li tezisti llum. |
| Dwar l-invenzjoni ta' l-Oppozizzjoni li l-Gvern prezenti jrid b'xi | mod inaqqas l-importanza tal-bdiewa u tal-biedja f'pajjizna, il-fatti jitkellmu wehidhom. Is-snin l-imghoddija kienu snin ta' boom ta' investiment mill-Gvern u mill-istess bdiewa. Matul is-sena li ghaddiet biss f'dan is-settur, bil-kooperazzjoni tal-Gvern kien hemm investiment ta' aktar minn miljun lira Maltin. Il-produzzjoni agrikola llum hi tletin fil-mija aktar milli kienet fl-1987. Zieda fil-produzzjoni f'kull settur agrikolu, li wasslet ghal qaghda ahjar tal-bidwi Malti. U dan bir-ragun. |
| Jekk zieda ta' tletin fil-mija fil-produzzjoni hi indikazzjoni ta' | Gvern li ma jridx jaghti kaz tal-biedja, nistaqsi x'kienet il-pozizzjoni meta l-produzzjoni agrikola baqghet stagnata fl-istess livell. |
| L-istess ighodd ghall-programm ta' titjib fl-infrastruttura tat-toroq | agrikoli. Il-Gvern prezenti hadem matul l-amministrazzjoni kollha biex itejjeb dawn it-toroq. Dan kuntrarju ghal mod kif il-Partit Socjalista halla dawn it-toroq traskurati ghal sittax il-sena shah. Matul is-sentejn li ghaddew biss kien hemm investiment tal-Gvern li jilhaq il-kwart ta' miljun lira Maltin. Investiment li bil-kooperazzjoni ta' l-istess bdiewa li wettqu x-xoghol, fisser li kwazi hamsin kilometru ta' toroq agrikoli gew moghtija wicc gdid jew gew irrangati. |
| Fil-fatt il-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura hadem programm | ta' involviment tal-bdiewa li bih l-istess bdiewa qeghdin jaghtu s-sehem taghhom biex jirrangaw it-toroq taghhom b'materjal li jkun tahom l-istess Gvern. M'hemmx dubju li din l-iskema hadmet, ghaliex iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jigu bdiewa li huma ppreparati li jaghtu huma stess ukoll is-sehem taghhom. |
| Dwar il-laqghat tal-Gvern mal-bdiewa tajjeb wiehed ighid li f'dawn | l-ahhar snin permezz ta' l-Extension Service saru numru kbir ta' laqghat, dwar kull suggett li jolqot lill-biedja u lill-bdiewa. M'hemm l-ebda dubju li dawn il-laqghat qed ikunu success ghaliex ikun x'ikun is-suggett li dwarhom ikunu l-laqghat dejjem qed ikun hemm numru sodisfacenti ta' bdiewa li jattendu. |
L-ahhar laqgha li nzammet kienet propju wahda fuq l-Unjoni Ewropea. F'dik il-laqgha kien hemm diskussjoni twila dwar x'inhi din l-Unjoni, u wkoll dwar kif din tista tolqot lilna. Waqt din il-laqgha deher car li l-bdiewa Maltin jistghu jibbenefikaw minn diversi skemi li permezz taghhom, minbarra l-ghajnuna diretta li jkun hemm ghall-bidwi bhala produttur tal-prodott hemm ukoll ammonti sostanzjali ta' ghajnuna ghall-infrastruttura ta' l-istess biedja.
| Minn dan kollu l-Partit Socjalista ma jinteressah xejn. Jinteressah | biss li jizra' l-biza'. Izda l-biza' tal-bdiewa hi mill-politika socjalista, li meta thaddmet wasslet ghal tnaqqis sostanzjali fl-importanza ta' l-agrikultura f'pajjizna. Dan hu kuntrarju ghal dak li gara f'dawn l-ahhar disa snin, fejn il-bidwi Malti, mhux biss kompla l-hidma tieghu, izda nghata wkoll sens kbir ta' dinjita u importanza lix-xoghol tieghu. |
| Il-bidwi Malti jaf li d-disa snin li ghaddew huma garanzija ta' | iktar investiment fis-settur tieghu. Hu ghalhekk li llum, kontinwament naffaccjaw bdiewa mimlija entuzjazmu ghall-futur ahjar. Futur li jista jigi garantit biss minn min ippjanah. U dan mhu hadd hlief il-Gvern prezenti. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901